inewsmalta.com



“Pass fid-direzzjoni t-tajba” … il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Dr Noel Camilleri, dwar il-liġi biex 20 soċjetà mużikali ma jitilfux il-każin

  • Ġun 14, 2018 08:53
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda, iddeskriva bħala “pass fid-direzzjoni t-tajba” il-liġi li ressaq il-Gvern biex, fost oħrajn, soċjetajiet mużikali li jinsabu f'riskju li jitilfu l-każin ma jispiċċawx barra.

    Kien proprju nhar it-Tlieta li l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ressaq l-Att sabiex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar.

    Din il-liġi għandha tolqot b'mod pożittiv l-20 soċjeta mużikali li l-każin tagħha li jinsabu f'riskju li jintilef fosthom is-Soċjeta Mużikali De Paule ta' Raħal Ġdid li ġiet ordnata minn imħallef biex toħroġ mill-binja li tuża bħala każin li jinsab viċin iċ-ċentru tas-saħħa.

    Mitlub għar-reazjoni tiegħu u tal-Għaqda Każini tal-Banda dwar din il-liġi u jekk ġewx konsultati dwarha, Dr Camilleri ikkonferma li kienu konsultati u semmilna kif anke qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kellhom laqgħa mal-Prim Ministru fejn qajjmu din il-kwistjoni.

    Waqt li qal li fil-prinċipju jaqblu mal-liġi, l-Avukat Camilleri għamilha ċara li huwa importanti li jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tal-inkwilini u tas-sidien tal-proprjetajiet.

    Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk hemm xi partijiet mil-liġi li ma jaqblux magħha u jekk hemmx xi ħaġa li jaħsbu li għandha tinbidel, il-President tal-Każini tal-Banda qalilna li huma għandhom suġġerimenti li se jgħadduhom fl-istadju tal-kumitat u għalissa ma jħossx li huwa korrett li jgħidhom lill-mezzi tax-xandir.

    Il-liġi l-ġdida taħseb biex twaqqaf milli soċjetajiet mużikali jitilfu l-każin f'każ li jagħmlu xi xogħol strutturali. Dan bil-kundizzjoni li x-xogħol ikun relatat mal-iskop relatat mal-banda u sakemm ikun jista' jitreġġa lura mis-sidien.

    Il-liġi qed tissuġġerixxi wkoll li l-kera preżenti tiġi multiplikata għal 10 darbiet u jekk is-somma tiġi €5,000 jew anqas ikun dan l-ammont li jitħallas f'kera. F'każ li tiġi ogħla l-każin tal-banda jrid iħallas kera fl-ammont ta' 1% tal-valur tal-binja.

    Il-liġi tapplika għal każini tal-banda li ilhom jeżistu għal mill-inqas 50 sena għalkemm il-Ministru Bonnici għamilha ċara li huwa lest jirrevedi kemm is-snin ta' kemm dawn iridu jkun ilhom imwaqqfin u anke l-ammont minimu tal-kera.

    L-istess liġi tqis ukoll is-sitwazzjoni ta' dawk l-inkwilini li qed jgħixu f'post li kien regolat mil-liġi tal-1959 li mbagħad ġiet affettwata minn dik tal-1979.

    It-tibdil li se jsir jaħseb biex il-kera ssir sa 2% tal-valur tal-proprjeta li tibda mill-1 ta' Jannar tas-sena li fiha ssir it-talba.

    Peress li ħafna inkwilini huma pensjonanti dawn se jkollhom dritt għal avukat tal-għajnuna legali irrispettivament mill-qagħda finanzjarja tagħhom.

    Huma se jsirilhom test tal-mezzi fejn jekk jinstab li m'għandhomx biex jixtru dar oħra se jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal din il-liġi imma jekk għandhom biex se jingħataw ħames snin biex joħorġu mill-post waqt li f'dan il-perjodu jridu jħallsu d-doppju tal-kera li qed iħallsu s'issa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook