Rapport xjentifiku jindika li s-silġ fl-Antartika qed jinħall b'ritmu allarmanti

  • Ġun 14, 2018 00:27
  • Miktub minn iNews
"

    Żieda fir-rata b’kemm qed jinħall is-silġ fl-Antartika wasslu biex il-livell tal-baħar jogħla b’aktar minn ċentimetru sa mill-bidu tas-snin 90. Dan b’riskju għal pajjiżi li jinsabu mal-livell tal-baħar, fosthom għadd ta’ gżejjer fil-Paċifiku u anke l-istat Amerikan ta’ Florida.

    L-Antartika għandha biżżejjed silġ biex il-livell tal-baħar jogħla b’58 metru ladarba jinħall kollu. Il-kontinent tilef mat-tliet triljun tunellata ta’ silġ bejn l-1992 u l-2017 saħqu 84 xjentist li aktar kmieni llum ippubblikaw rapport dwar l-impatt tat-tisħin tad-dinja. Rapport fil-ġurnal xjentifiku “Nature” ix-xjentisti qalu li s-silġ li nħall fuq medda ta’ 25 sena kkontribwixxew biex il-livell tal-baħar għola b’0.76 ċentimetri.

    B’kollox il-livelli tal-ibħra madwar id-dinja għola b’20 ċentimetru matul dan l-aħħar seklu. Studju tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2014 kien indika li l-livell tal-baħar jaf jogħla b’bejn 30 ċentimetru u metru matul dan is-seklu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0