inewsmalta.com



Raġel mill-Kamerun bi tmien xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar wara li seraq mowbajl ta’ mara f’Paceville

  • Ġun 14, 2018 12:50
  • Miktub minn iNews
    Raġel mill-Kamerun kien ikkundannat tmien xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar wara li ammetta li seraq mowbajl ta’ mara f’Paceville. Kevin Mengue ta’ 20 sena residenti l-Gżira wieġeb ħati għall-akkuża ta’ serq aggravat bil-ħin u valur (mowbajl tal-għamla Samsung S6).
     
    Huwa mifhum li l-mara kienet qed tiekol f’ristorant fuq barra x’ħin l-imputat ra l-mowbajl tagħha fuq il-mejda, seraqulha u telaq jiġri bih. Pulizija li nzertaw kienu qed jagħmlu ronda fl-akwati nnotaw lil mara tiġri wara l-imputat u sussegwentement żammewh u arrestawh.
     
    Mengue ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, wara li rat illi l-fedina penali tiegħu hi waħda netta u li l-mowbajl misruq kien irritornat lura lill-vittma, issibu ħati u tikkundannah tmien xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar.
     
    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Spagnol mentri l-Avukat Simon Micallef Stafrace deher għal Kevin Mengue.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook