16-il studenti barranin ġodda fl-MCAST

  • Ġun 14, 2018 12:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti, Xjenza u Teknoloġija organizza attività interattiva ma’ 16-il student mill-Indja li ġew Malta biex jibdew il-kors tal-Psikoloġija fl-MCAST. 

    Stqarrija uffiċjali ħabbret li n-numru ta’ studenti barranin fl-MCAST qiegħed dejjem jikber. F’kumment il-General Manager tal-MCAST Gateway to Industry (MG2I) , is-Sur Stephen Vella, qal li, “nemmnu li l-preżenza ta’ studenti internazzjonali se tarrikkixxi l-ħajja fil-kampus”. L-istqarrija tkompli tgħid li d-diversità fil-kulturi hija fattur importanti li jgħin biex nifhmu kulturi differenti. Il-multikulturaliżmu huwa element li diġà jinħass f’ dan il-kulleġġ. Il-wasla ta’ aktar studenti internazzjonali li jagħżlu lill-MCAST bħala d-destinazzjoni biex ikomplu l-istudji tagħhom se tkompli tifrex il-multikulturaliżmu fost l-istudenti.

    Il-grupp ta’ studenti ltaqa’ wkoll mal-Prinċipal tal-MCAST, is-Sur James Calleja, li ta merħba lill-istudenti fil-kulleġġ. Huwa qal li l-MCAST se jipprovdi lil dawn l-istudenti taħriġ speċjalizzat bi kwalifiki rikonoxxuti grazzi għall-infrastruttura eċċellenti tal-kulleġġ u ta’ l-għalliema tiegħu. Is-Sur Calleja għalaq billi qal li din l-esperjenza fl-MCAST se tħarreġ lil dawn l-istudenti fil-ħiliet meħtieġa biex jgħinu lil persuni oħra fil-professjoni tant importanti tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0