Mauro Anastasi u Sara Xuereb champions tal-bowling

  • Ġun 14, 2018 12:53
  • Miktub minn iNews
"

    Ġunju huwa probabbli l-aktar xahar eċċitanti għall-plejers tal-bowling Maltin b’diversi avvenimenti importanti jilħqu l-quċċata tagħhom fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Bowling, appoġġjati mill-Bank of Valletta. Il-BOV Kampjonati Nazzjonali tal-Bowling intlagħbu fl-Eden Superbowl, u kien hemm numru rekord ta’ parteċipanti bi 28 parteċipant jikkompetu għall-aktar titlu prestiġjuż fil-bowling lokali.

    Mauro Anastasi, 32, iddefenda t-titlu tiegħu, li rebaħ ukoll fl-2017, b’ċertu stil biex rebaħ ir-4 titlu tiegħu ta’ rebbieħ nazzjonali f’dawn l-aħħar 7 snin, filwaqt li l-istilla żagħżugħa Sara Xuereb reġgħet rebħet it-titlu li kienet tilfet is-sena l-oħra kontra Sue Abela, li hija onorata b’diversi titli, f’dak li possibbilment jista’ jkun ċaqliq tal-poter fil-logħba lokali tan-nisa.

    Anastasi u Xuereb ġew ippreżentati bit-trofew tant prestiġjuż mis-Sur Ernest Agius, Uffiċjal Kap tal-Operat fil-Bank of Valletta. Filwaqt li awgura lir-rebbieħa nazzjonali, is-Sur Agius qal li l-Bank bi pjaċir qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil sport li b’mod kostanti l-parteċipanti jmorru tajjeb fih u jirbħu l-midalji fuq livell internazzjonali. “Dan l-isport qiegħed ukoll irawwem grupp imdaqqas ta’ żgħażagħ li diġà qed jistabbilixxu ruħhom kemm fix-xena lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali. L-evidenza ta’ dan hija r-rebbieħa nazzjonali tan-nisa ta’ din is-sena, li rebħet dan it-titlu għat-tieni darba f’età hekk żgħira kif ukoll il-prestazzjoni pożittiva ta’ plejers tal-bowling żgħażagħ fis-sezzjoni tal-irġiel f’din il-kompetizzjoni,” huwa qal.

    Xuereb kienet fuq quddiem mill-bidu sal-aħħar tat-turnew, meta għamlet pressjoni minn kmieni b’sett tajjeb ta’ 1651 għall-Ewwel Jum, segwita minn Cynthia Duca (1534) u Abela (1519). Abela kellha mbagħad sett eċċellenti ta’ 1687 fit-Tieni Jum biex naqqset id-distakk minn Xuereb għal 40 pinn. Sara Xuereb kellha wkoll is-sett diċenti tagħha ta’ 1595.

    Fl-aħħar jum Xuereb bdiet b’saħħitha, u kkonsolidat il-vantaġġ tagħha fuq Abela. Minkejja li tard fil-logħba rajna rkupru tajjeb ħafna minn Abela, Xuereb irnexxielha żżommha milli tilħaqha u ħarġet rebbieħa b’total ta’ 4874, segwita minn Abela b’total ta’ 4800. Melissa Swift ħadet it-tielet post fuq il-podju.

    Fis-sezzjoni tal-irġiel, Anastasi mill-ewwel wera l-intenzjonijiet tiegħu li jiddefendi t-titlu tiegħu, meta fl-Ewwel Jum kellu serje stupenda ta’ 1786, segwit minn Justin Caruana Scicluna b’1665, u minn Neil Sullivan b’1659. Ir-Rebbieħ tal-2016 Caruana Scicluna beda t-Tieni Jum bil-kbir, meta rkupra d-distakk kollu li kellu minn Anastasi u anke kien fil-vantaġġ nofs triq matul is-sett. Tmiem tajjeb għal Anastasi ppermetta li dan ikollu l-istess total daqs Caruana Scicluna biex b’hekk iż-żewġ plejers għalqu t-Tieni Jum b’total ta’ 3500, bi stennija eċċitanti għall-finali tat-Tielet Jum. 

    Sfortunatament, Caruana Scicluna kellu jirtira mill-Kampjonat minħabba korriment, u effettivament ta t-titlu lil Anastasi, li madankollu kellu sett eċċellenti ieħor ta’ 1760, biex spiċċa b’total ta’ 5260. Il-veteran Mark Spiteri kiseb it-tieni post b’total ta’ 4937, filwaqt li Neil Sullivan spiċċa fit-tielet post.

    Iż-żewġ rebbieħa nazzjonali issa se jirrappreżentaw lil Malta fil-European Champions Cup 2018 li se ssir f’Langen, fil-Ġermanja bejn it-22 u d-29 ta’ Ottubru.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0