ASMK: Is-Sibt jintemm il-kampjonat Motocross 2017/18

  • Ġun 14, 2018 12:58
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt li ġej, 16 ta’ Ġunju, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) sa torganizza id-disa’ u l-aħħar attivitá mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 li fiha jieħdu sehem il-Muturi Motocross biss.

    Il-programm jibda fl-4.00 pm fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali.

    Ħarsa lejn il-klassifika ta’ dan il-kampjonat naraw li Klassi A hija diġá  hija deċiza. Għall-ewwel darba Kyle Camilleri fuq mutur KTM għandu biżżejjed punti biex f’dan il-kampjonat  jiġi nkurunat champion.

    Kyle rebaħ sitt tiġrijiet mit-tmienja li saru u bħalissa għandu total ta’ 368 punt segwit minn ħuh Clayton Camilleri fuq mutur KTM, b’272 punt, filwaqt li fit-tielet post jinsab Mark Mamo fuq mutur Yamaha b’242 punt.

    Fil-Motocross Klassi B, Bernard Sammut fuq mutur Beta, qed jillidja b’277 punt u segwit minn Michael Sant fuq mutur Husqvarna b’229 punt.

    Fit-tielet post hemm James Zahra fuq mutur Sherco li għandu 200 punt.

    Fil-Klassi Veterans (Fuq l-40 sena) Paul Deguara fuq mutur KTM issiġilla t-titlu bi 378 punt segwit minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha b’291 punt.

    Fit-tielet post hemm Andrew Cassar fuq KTM b’224 punt. Minn dan il-kampjonat fadal tiġrija waħ­da.

    Intant nhar is-Sibt li għadda, 9 ta’ Ġunju, l-Assoċjazzjoni organizzat l-ewwel attivitá bil-lejl f’dan l-istaġun bil-Karozzi Autocross li ħadu sehem fl-10 attivitá mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018.

    B’kollox ħadu sehem 16-il kompetitur maqsuma f’żewġ klassijiet, dik tal-Modified u l-oħra ta’ li Standard li kellhom dawn ir-riżultati.

    Mill-Klassi A Modified kien Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova li ddomina u rebaħ din il-klassi segwit minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo.

    Pisani u Farrugia kienu segwiti minn Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Fiat Punto, u għalqu l-ġurnata fit-tielet u fir-raba’ post rispettivament. Il-ħames u sitt postijet intrebħu minn Te­rence Azzopardi fuq Opel Corsa u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106.

    Mill-Klassi B Modified ħareġ rebbieħ Ryan Scic­luna fuq Ford Fiesta fejn kien segwit minn Melo Zammit fuq Opel Corsa. Scicluna u Zammit kienu segwiti minn Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa u Keith Borg fuq Vauxhall Nova b’dawn jispiċċaw fit-tielet u fir-raba’ postijiet rispettivament.

    Jonathan Vella fuq Ford Fiesta u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205 daħlu fil-ħames u fis-sitt postijiet.

    Mill-Klassi Standard, Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, rebaħ din il-klassi segwit minn Ġużi Pace fuq Ford Fiesta fil-waqt li fit-tielet post spiċċa Deane Farrugia fuq Citroen AX.

    Robert Giordimaina fuq Opel Corsa ġie sospiz mit-tiġrija wara azzjoni anti-sportiva fuq Farrugia.

    L-Amministrazzjoni tavża li għad trid tisma’ l-każ quddiem il-Kumitat Eżekuttiv dwar dak li ġara bejn Farrugia u Giordimaina kemm waqt il-finali tal-ġurnata kif ukoll wara li spiċċat.

    Attivitá oħra Autocross mistennija li ssir nhar is-Sibt, 23 ta’ Ġunju, fis-7.00 pm.

    Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġna ta’ Facebook bl-isem  Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista’ anke jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew mobile 9942 5489.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0