inewsmalta.com



It-Technical Study Group fit-Tazza tad-dinja 2018

  • Ġun 14, 2018 13:00
  • Miktub minn iNews

    It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2018 fir-Russja se tkun avveniment storiku tal-football li fil-vetrina se jkollu l-aqwa players fuq il-pja­neta kif ukoll innovazzjonijiet ta’ marka tal-istorja bħal mhu se jkun l-użu tal-Video Assistant Referee u t-tagħmir elettroniku jew kommunikazzjonijiet fl-arja teknika għall-għanijiet tal-coaching u għas-sigurtá tal-players.

    F’dan il-kuntest, il-FIFA Technical Study Group (TSG) – li ilu preżenti f’kull Tazza tad-Dinja mill-1966 – se janalizza l-logħbiet tal-avveniment xempju tal-FIFA u jevalwa data statistikali bl-użu tal-aħħar teknoloġiji.

    L-esperti kollha tat-TSG għand­hom esperjenza ta’ valur kbir jew bħala coaches inkella bħala players, inklużi Carlos Alberto Parreira u Bora Milutinovic, li huma l-uniċi żewġ coaches li mexxew ħames timi­jiet kull wieħed fil-kompetizzjoni.

    It-TSG jaqa’ taħt il-Coaching & Player Development Department tal-FIFA mmexxija minn Branimir Ujevic, u se jissapportja lit-TSG matul it-tournament kollu.

    Il-membri li jiffurmaw it-TSG huma:

    IL-KAP: CARLOS ALBERTO PARREIRA (Brażil)

    Wieħed mill-iktar coaches ta’ esperjenza fl-istorja tal-logħba in­ternazzjonali. Parreira jifhem l-aspetti multipli xi jkun hemm bżonn biex tmexxi team nazzjonali f’tournament maġġur, meta ħadem bħala coach tal-fiżika u anke bħala direttur tekniku għall-Brażil matul is-snin. Parreira mexxa lill-Brażil għat-titlu tat-Tazza tad-Dinja 1994 u għandu r-rekord tal-iktar wieħed li deher bħala coach fit-Tazzi tad-Dinja – sitt darbiet.

    EMMANUEL AMUNIKE  (Niġerja)

    Amunike lagħab għat-team tan-Niġerja li kien kiseb suċċess fit-Tazza tad-Dinja 1994 meta l-pajjiż kien għamel id-debutt fuq il-palk dinji. F’dak it-tournament kien skorja żewġ goals għas-Super Eagles, meta għenhom jaslu sar-round tal-Aħħar 16, fejn kienu sfaw megħluba mill-finalisti eventwali, l-Italja, fil-ħin barrani. Huwa anke esperjenzja suċċess bħala coach, fejn fl-2015 kien mexxa lin-Niġerja li rebħu it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA Under-17.

    BORA MILUTINOVIC (Serbja)

    Milutinovic huwa wieħed mill-aktar coaches ta’ esperjenza fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, b’CV diversi. Huwa mexxa ħames timijiet naz­zjonali f’ħames Tazzi tad-Dinja konsekuttivi: Messiku (1986), Costa Rica (1990), Stati Uniti (1994), Niġerja (1998) u Ċina (2002). Magħruf bħala ‘Il-Ħaddiem tal-Mirakli’, Milutinovic kien anke sar coach li wassal erba’ pajjiżi diffe­renti għall-istadju tan-knock-out tal-kompetizzjoni. 

    ALESSANDRO NESTA (Italja)

    Difensur ċentrali rispettat ħafna fil-karriera tiegħu, Nesta kien membru tal-iskwadra tal-Italja li rebħet it-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Huwa lagħab fi tliet finali tat-Tazza tad-Dinja, u lagħab 78 logħba internazzjonali għall-Azzurri.

    ANDY ROXBURGH (Skozja)

    Roxburgh huwa wieħed mill-aktar coaches li kiseb suċċess fl-istorja tal-football Skoċċiż. Huwa kien mexxa lit-team ta’ pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja 1990, fejn fallew għal ftit li jgħaddu għall-fażi tan-knock-out wara li  kienu ġew imtellgħin fi grupp diffiċli. Minn dak in-nhar huwa għamel użu mill-kompetenza tiegħu fil-logħba biex mexxa diversi dipartimenti tekniċi tal-organizzaz­zjoni. Roxburgh ilu membru tat-TSG tal-FIFA f’sitt edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. 

    MARCO VAN BASTEN (Olanda)

    Wieħed mill-aqwa attakkanti ta’ kull żmien li fl-1992 kien rebaħ l-unur ta’ Player tas-Sena tal-FIFA, il-leġġendarju Olandiż, Van Basten, lagħab f’erba’ logħbiet fit-Tazza tad-Dinja 1990 fl-Italja, fejn għen lill-Olanda tasal sal-Aħħar 16 fejn ġew eliminati bi skor baxx mir-rebbieħa eventwali, il-Ġermanja. Huwa ilu jokkupa l-kariga ta’ Chief Technical Development Officer tal-FIFA minn Settembru 2016 u bħalissa huwa l-kap tas-setturi kollha tekniċi mal-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja.

    F’linja mar-regolamenti tat-Tazza tad-Dinja 2018, it-TSG se jkun res­ponsabbli li jiddeċiedi r-rebbieħa ta’ dawn l-unuri li ġejjin:

    *adidas Żarbun tad-Deheb, Fidda u Bronż għall-aqwa skorers (jekk tnejn jew iktar players jiskorjaw l-istess numru ta’ goals, se jkunu deċiżivi n-numru ta’ assists kif determinat mill-membri tat-TSG);

    *adidas Ballun tad-Deheb, Fidda u Bronż għall-aqwa players;

    *adidas Ingwanta tad-Deheb għall-aqwa goalkeeper;

    *unur għall-Aqwa Player Żagħ­żugħ imwieled l-1 ta’ Jannar 1997 jew wara;

    *unur tal-Fair Play (it-TSG se jiddetermina r-ranking fl-aħħar tal-kompetizzjoni).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook