inewsmalta.com



Robbie Williams, Ronaldo u Aida Garifullina se jieħdu sehem fiċ-ċerimonja tal-ftuħ

  • Ġun 14, 2018 13:00
  • Miktub minn iNews

    Ftit qabel ma llum fil-Luzkniki Stadium ta’ Moskow jingħata bidu għall-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li tinsab fit-88 sena tagħha, se ssir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li fiha se jieħdu sehem tliet stilel internazzjonali.

    L-ikona globali tal-mużika, Robbie Williams, se jferraħ lil dawk preżenti fl-istadium u lill-miljuni li jkunu qed isegwu madwar id-dinja minn fuq it-televiżjoni, mas-soprano ċelebrata Russa, Aida Garifullina, li se tin­għaqad miegħu waqt l-extravaganza mu­żi­kali.

    Il-glorja tal-football li l-players kollha jkunu qed jittamaw li jiksbu fuq art Russa se tkun rappreżentata mill-Brażiljan champion tad-dinja darbtejn, Ronaldo.

    Iċ-ċerimonja se tkun ftit differenti mis-soltu meta din id-darba se tiffoka fuq numri mużikali u se ssir nofs siegħa biss qabel il-bidu tal-logħba inawgurali bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdita.

    Iżda ħaġa waħda se tibqa’ l-istess: it-tema li jiġi ċċelebrat mhux il-football biss iżda anke l-pajjiż organizzatur, din id-darba bi pres­tazzjoni li tqanqal minn waħda mill-iktar vuċijiet żgħażagħ milqugħin, Aida Garifullina.

    “Qatt ma mmaġinajt li se nkun parti minn din iċ-ċelebrazzjoni enormi, it-Tazza tad-Dinja, li se ssir f’pajjiżi stess,” qalet is-solista mill-Vienna State Opera. “U fil-15 ta’ Lulju se nkunu nafu lil min din il-ħolma se ssir realtá lura fuq l-istess palk wara xahar sħiħ ta’ football fir-Russja.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook