Neon Culture b’diska ġdida fis-suq lokali

  • Ġun 14, 2018 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Neon Culture, proprju f’dan il-mument għadhom kemm ħarġu diska ġdida bl-isem ta’ “I Don’t Know you” bis-sehem tal-kantanta Eliza Borg Rizzo.

    Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Jeremy Tabone ta’ Neon Culture fejn stqarr magħna li  dejjem kien fanatiku kbir ta’ dik li tissejjaħ dance music minn età żgħira.

    Fil-passat il-kultura marbuta man-Neon kienet tissimbolizza l-vulgarità. Issa tissimbolizza l-arti. X'tissimbolizza n-Neon Culture għalik?

    Id-dwal tan-Neon huma sinonimu max-xena kemxejn retro u peress li qed nipproduċi mużika taż-żfin nistgħu ngħidu li huwa abbinament tajjeb. Fl-aħħar mill-aħħar il-mużika hija waħda mill-pilastri ewlenin li tifforma l-kultura. Jekk tħares lura lejn l-istorja kull kultura kellha l-istil mużikali tagħha stess li ġabet flimkien in-nies, u dan huwa l-għan tagħna, biex in-nies jingħaqdu flimkien bl-arti tal-mużika u tal-kant.

    Hemm xi ħaġa li tispirak u għal kemm żmien ilek iddoqq din it-tip ta’ mużika?

    Jien kont dejjem fanatiku kbir ta’ dik li tissejjaħ dance music minn età żgħira. Kont nisma' lil ħija l-kbir dejjem idoqq dik it-tip ta’ mużika d-dar u minn hemm bdiet togħġobni.  Ta’ 14-il sena xtrajt l-ewwel sett ta' loud speakers minn dawk il-kbar ħafna  u naħseb li kienet deċiżjoni li l-ġenituri tiegħi ddispjaċihom ftit wara!

    Jien minn dejjem kont affaxxinat minn dik il-persuna, id-DJ, li taf kif tqajjem u tattira folla. Minn hemmhekk imbagħad iddeċidejt li nipprova nagħmilha ta’ DJ waqt diversi okkażjonijiet li kont norganizza mal-ħbieb u din wasslitni għall-ewwel opportunità pubblika tiegħi f'bar lokali f'San Ġiljan fl-età ta' 17. Barra minn dan l-aspett ta’ DJ, il-produzzjoni tal-mużika kienet dejjem waħda mill-passjoni tiegħi li bqajt nagħmel għall-gost għal numru ta' snin. Issa fl-2018 nemmen li wasal iż-żmien li nitilgħu livell!

    Ħa tkun waħdek jew tippjana li jkollok aktar membri li jaħdmu miegħek?

    Neon Culture se jibda bl-ewwel żewġ kanzunetti li juru l-talent ta' Eliza Borg Rizzo u għandna aktar kanzunetti li ħa joħorġu fil-futur. Ukoll, b’unur kbir se jkun hemm kollaborazzjonijiet oħra kemm ma' artisti lokali kif ukoll internazzjonali fil-ġejjieni.

    X’inhi l-istorja tal-ewwel diska li qed toħorġu llum, bl-isem ta’ “I Don’t Know You”?

    Il-Kantanta tidħol fi klabb waħida, trid tiżfen iżda tħossha daqsxejn skomda għax ma taf lil ħadd. Hi tara ġuvni jiżfen u timpressjona ruħha u allura tiddeċiedi li tavviċinah. Minkejja li ma jafux lil xulxin, mill-ewwel jingwalawha u jibdew jisfnu flimkien.

    X’hemm wara l-isem Neon Culture? Liema messaġġ trid tagħti permezz tal-mużika tiegħek?

    Jiena nemmen li l-mużika hija mod ta' espressjoni, li tista' taffettwa lin-nies b’modi differenti. Il-mużika tagħna tiffoka fuq l-esperjenzi komuni li kulħadd jgħaddi f'xi punt tal-ħajja tagħhom li tagħmilha aktar faċli li tirrelata magħhom u naħseb li meta wieħed jisma’ mużika huwa dan l-għan li jfittex.

    L-idea ta’ dan il-proġett hija li tgħin biex il-mużika lokali tal-mużika elettronika żżid il-livell tagħha. Sfortunatament, għandna ħafna talent mużikali lokalment iżda mhux biżżejjed appoġġ biex jgħin lil dawn l-artisti b'talent sabiex ikunu jistgħu jagħmlu isem fix-xena lokali u internazzjonali.

    Liema artisti lokali qed tippjana li tikkollabora magħhom?

    S'issa, Neon Culture qed jikkollabora ma’ Eliza Borg Rizzo. M’għandniex nagħmlu lista fissa imma nixtiequ nħalluha bħala sorpriża! Neon Culture se tipprova żżomm l-istabbiltà li toħroġ diska ġdida kull 2-3 xhur biex tiżgura espożizzjoni regolari.

    Se jindaqqu xi kanzunetti fil-klabbs lokali jew f’xi avvenimenti?

    Nisperaw!

    Lejn liem udjenza qed timmira u x’hemm ippjanat għall-futur?

    Il-mużika hija mmirata għal kulħadd, iżda prinċipalment nimmiraw fuq udjenza żgħira involuta fix-xena tal-klabbs u tar-radju.

    Il-mużika ta’ Neon Culture ser tkun disponibbli fuq Spotify, Amazon Music, iTunes, Google Play, Shazam, Deezer, Napster u ħafna aktar. Żuru s-siti tagħna www.neonculture.eu; Facebook: www.facebook.com/NeonCultureMusic; Twitter: https://twitter.com/Neon_Culture; Instagram: www.instagram.com/neon_culture_music

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0