Efimova mhix se tkun estradita lejn Malta … Deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell Grieg

  • Ġun 14, 2018 13:52
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Qorti ta’ l-Appell Griega kkonfermat l-ewwel deċiżjoni tal-ewwel qorti Griega biex Maria Efimova ma tiġix estradita lejn Malta. 

    Il-Qorti Griega qalet li r-raġunijiet li wassluha biex ma tilqax l-ordni ta’ arrest Ewropew maħruġ minn Malta kontra Efimova ma kellhomx x’jaqsmu xejn mar-rule of law u s-sigurtà ta’ l-istess Efimova. Dan b’kuntrast ma’ dak li qal l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa li qal li d-deċiżjoni tal-Qorti kienet ibbażata fuq tħassib għas-sigurtà tal-mara lura f’Malta u biża’ li ma jkollhiex smiegħ ġust.

    Il-Qorti ta’ l-Appell Griega ċaħdet it-talba ta’ l-ordni ta’ arrest Ewropew għal żewġ raġunijiet: l-ewwel għax ma nħariġx ordni ta’ arrest nazzjonali għal Efimova qabel ma l-awtoritajiet irrikorrew għal ordni ta’ arrest Ewropew u t-tieni għax in-natura ta’ l-akkużi miġjuba kontra Efimova f’Malta ma kienux daqshekk serji.

    F’kumment li tellgħet fuq Twitter proprju qabel ma ngħatat is-sentenza mill-Qorti Griega, Efimova qal li, “l-avukat tiegħi tagħni l-parir biex ma nidhirx il-Qorti bil-għan li nevita li niġi arrestata jekk id-deċiżjoni tkun fin-negattiv. Minkejja dan, jien mhux se nistaħba u se nidher il-Qorti u nħalli l-affarijiet ikunu kif suppost.”

    Efimova ħadmet mal-bank Pilatus bejn Jannar u Marzu tal-2016 qabel ma tkeċċiet mix-xogħol. Hi fetħet kawża fit-Tribunal Industrijali wara li allegatament ma tħallsitx xi pagi. Aktar tard l-istess bank fetaħ kawża kontriha fuq allegat każ ta’ frodi. 

    Ir-Russa kienet waħda mis-sorsi ta’ Daphne Caruana Galizia kienet hi li allegatament rat dokumenti tal-bank li jorbtu lil Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muschat, mal-kumpanija Egrant. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll martu Michelle caħdu din l-allegazzjoni. 

    L-eks-impjegata tal-Bank Pilatus inħariġilha ordni ta’ arrest is-sena l-oħra wara li naqqset għal darbtejn milli tidher fil-Qorti ta’ Malta. F’każ minnhom il-bank Pilatus qed jakkużaha akkużata bi frodi ta’ madwar €2,000 u l-ieħor mill-Pulizija fejn qed jingħad li għamlet akkużi foloz fil-konfront ta’ membri tal-Korp li kienu interrogawha. 

    Hija ħarbet lejn il-Greċja u ftit tax-xhur ilu tat ruħha b’idejha lill-Pulizija Griega fejn wara li kienet arrestata tressqet fil-qorti fejn saret it-talba għall-estradizzjoni tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0