Il-PM Irlandiż: “Sptarijiet Kattoliċi se jkollhom jagħmlu aborti”

  • Ġun 14, 2018 14:13
  • Miktub minn iNews
"

    Sptarijiet Irlandiżi b’valuri Kattoliċi mhux se jitħallew ma jagħmlux aborti meta l-liġijiet il-ġodda frott ir-referendum ta’ Mejju li għadda se jkunu qed jiddaħħlu fis-seħħ. Dan saħqu l-Prim ministru Irlandiż Leo Varadkar (ritratt).

    Varadkar qal li filwaqt li tobba, infermieri jew qbiela se jingħataw l-għażla li ma jagħmlux aborti fuq bażi ta’ kuxjenza, l-istituzzjonijiet innifishom mhux se tingħatalhom din l-għażla.

    Il-kummenti tal-Prim Ministru saru wara r-referendum li fih 66.4% tal-elettorat Irlandiż ivvota favur emenda kostituzzjonali. Preċedentement il-liġi kienet tpoġġi valur ugwali fuq ħajjet l-omm u dik tat-tarbija mhux imwielda.

    Il-gvern attwalment qed jifformola l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed jagħti d-dritt lin-nisa biex jabortixxu sa 12-il ġimgħa fit-tqala tagħhom. Il-liġi se tkun qed tippermetti wkoll lin-nisa biex jabortixxu f’każi estremi bejn it-12 u l-24 ġimgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0