Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-IVF tgħaddi mill-istadju ta’ kumitat parlamentari

  • Ġun 14, 2018 14:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-IVF għaddiet mill-istadju ta’ kumitat parlamentari. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta' tweet fuq il-profil tiegħu ta' Twitter, fejn saħaq li dan huwa għan importanti fl-appoġġ tal-miraklu għal ħajjiet ġodda.

    Sadanittant ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ippropona li se jkun qiegħed jilqa’ proposta li saret mid-Deputat Nazzjonalista, Maria Fatima Deguara.

    L-Onorevoli Deguara qalet li minflok fl-ewwel ċiklu jkollok sa massimu ta’ tliet bajdiet ffertilizzati u f’ċikli suċċessivi sa massimu ta’ ħames bajdiet, tixtieq li kull każ jiġi diskuss f’team multidixxiplinarji li jiddeċiedi kemm l-aħjar jiffertilizza f’kull każ.

    Id-Deputat Prim Ministru qal li jaqbel ma’ dak li qed tgħid l-Onorevoli Deguara għaldaqstant se tiġi mibdula l-emendi biex tirreferi li jkun it-team multidixxpilinarju flimkien mal-ġenituri prospettivi li jiddeċiedi kemm bajd jiġi ffertilizzat f’kull ċiklu bil-massimu permessibbli dejjem ikunu ħames bajdiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0