“Il-kirjiet ta’ umbrellel u sunbeds ser ikunu regolarizzati” … pjan ta’ ħidma intensiva matul l-istaġun tas-sajf

  • Ġun 14, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Qabel jibda l-istaġun tas-sajf, l-MTA infurmat lil dan il-ġurnal li fimkien ma’ entitajiet oħrajn, b’mod partikolari l-Awtorità dwar l-Artijiet u l-Fondazzjoni dwar iż-Żoni Turistiċi jiltaqgħu biex flimkien iħejju pjan ta’ tfassil u ta’ ħidma oħra li jkun jeħtieġ li titwettaq fuq il-bajjiet matul l-istaġun tas-sajf.

    Fil-fatt l-MTA qaltilna li “l-kirjiet ta’ umbrellel u sunbeds huma regolarizzati mill-kundizzjonjiet li jiġu mposti mill-MTA fil-liċenzja tal-operaturi. Għaldaqstant, dawn l-operaturi jkunu legalment obbligati li jaderixxu mal-kundizzjonijiet partikolari tagħhom.”

    Aħna nfurmati li din is-sena r-regolamenti tal-umbrellel ser ikunu bħas-sena l-oħra, fejn kull operator għandu l-allokazzjonijiet speċifiċi tiegħu. Matul l-istaġun tas-sajf ikun hemm moniteraġġ strett u kontinwu mill-MTA biex jiġi żgurat li l-operaturi jkunu qegħdin isegwu l-kundizzjonjiet tal-liċenzji tagħhom.

    L-MTA nfurmatna li dan il-moniteraġġ isir biex jiġi mtejjeb il-prodott turistiku biex Malta tkun kompetittiva aktar ma’ destinazzjonijiet turistiċi oħra u biex il-pubbliku in ġenerali jkun jista’ jgawdi aktar l-bajjiet tagħna mingħajr ebda inkonvenjent. Barra minn hekk, l-MTA tkun trid tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta u xierqa fost l-operaturi kollha.

    “Ta’ min jgħid li hekk kif jispiċċa l-istaġun tal-għawm, jibdew jinġabru t-torrijiet tal-lifeguards, clinics, bridges, slielem u xi bins, wheelchairs tar-ramel, twapet tal-injam u sintetiċi, notice boards eċċ, sa ma l-bajja terġa’ tiġi fl-istat naturali tagħha sabiex il-proċessi ambjentali u naturali tal-bajja jkunu jistgħu jiffunzjonaw bla xkiel,” saħqet l-MTA.

    Kulma jinġabar minn fuq il-bajjiet kollha jitlaħlaħ, issirlu manutenzjoni u żebgħa meħtieġa u jiġi storjat. Meta joqrob l-istaġun li jkun imiss u meta l-maltemp ibatti l-bajjiet jgħaddu minn proċess fejn isiru numru ta’ laqgħat biex jitwettqu tiswijiet minn ħsarat tal-maltemp jew vandaliżmu.

    “Imbagħad jibda t-tibjid ta’ ħitan, żebgħa tar-railings, tindif ta’ rain culverts, landscaping frisk, street markings, tabelli ġodda, żoni tal-għawwiema u ħafna xogħol ieħor sakemm il-bajjiet jiġu fi stat aċċettabbli. Minn hawn jibdew jiġu stallati il-biċċiet tal-għamara bajja bajja, dejjem jekk il-mewġ u t-temp ikunu jippermettu,” temmet tgħid l-MTA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0