VOX POP: Il-Brażil u l-Ġermanja l-aktar favoriti ma’ personalitajiet distinti

  • Ġun 14, 2018 15:14
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Hekk kif illum jingħata bidu għal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, li se ssir fir-Russja, L-ORIZZONT tkellem ma’ għadd ta’ personalitajiet ġejjin minn oqsma differenti fis-soċjetà u staqsiehom ma’ min se jkunu qed iżommu, min jaħsbu li se jgħolli t-tazza u jekk jaħsbux li se jkun hemm l-istess interess fid-dawl li t-Taljani ma kkwalifikawx fl-edizzjoni ta’ din is-sena. 

    Alex Grech (DJ u preżentatur tar-radju): Se nżomm mal-Ingliżi. Komplew jibnu tim li jilgħab għall-flokk u l-kowċ kompla jgħaqqadhom. Ma tantx se jċedu malajr. Jien naħseb li l-World Cup tintrebaħ mill-Brażil, it-tim huwa komplut mimli plejers ta’ fama internazzjonali. 

    Li m'hemmx it-Taljani se tagħmel differenza, speċjalment bejn is-supporters Ingliżi u Taljani f'Malta. Mhux se jkun hemm pika u interess bħas-soltu biex naraw min se jinqala’ l-ewwel! Però naħseb xorta jkollna Tazza tad-Dinja sabiħa mingħajr it-Taljani. Anzi naħseb li tkun isbaħ!!!

    Charles Flores (Ġurnalist, xandar u kittieb): Jien minn dejjem kont tax-xaqliba Ingliża. Għadni kburi li kienu players mit-tim favorit tiegħi, West Ham, li fl-1966 taw it-tazza tad-Dinja lill-Ingilterra! Sakemm Malta ma tasalx sal-finali, nibqa’ nieħu pjaċir nara lill-Ingliżi javvanzaw. 

    It-Taljani? Xorta waħda tibqa’ t-Tazza tad-Dinja, kif kienet kemm-il darba mingħajr l-Ingliżi u oħrajn. Xejn xejn se niffrankaw il-pulċinellati tas-soltu fit-triqat tagħna… Il-Ġermanja dejjem jissorprendu.

    Claire Agius Sparling (Attriċi u Preżentatriċi): Se nappoġġja lill-Ingliżi fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Jiena ngħid illi l-Ġermanja se jgħollu t-Tazza għax jogħġobni l-logħob tagħhom u nħoss li huma ddixxiplinati, iffukati u jafu x’inhuma jagħmlu. 

    Naħseb li l-fatt li din id-darba ma hemmx it-Taljani se jkun hemm inqas eċċitament bejn il-Maltin. Kont nieħu gost nara dik l-aspettattiva. 

    Dr Deo Debattista (Tabib u Segretarju Parlamentari): Mal-Ingliżi se nżomm imma jista’ jerbaħha min irid la mhemmx Malta. Madankollu, jien naħseb li l-Ġermanja jerbħuha. 

    Jiddispjaċini għat-Taljani għax wara l-Ingliżi magħhom inżomm. Il-fatt li mhemmx it-Taljani jaffettwa għax dak l-antagoniżmu sportiv se jonqos xi ftit. Naħseb lokalment se tonqos il-pika sportiva allura awtomatikament jonqos l-interess.

    Jason Micallef (Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta18): Bħal dejjem se nżomm mal-Ingilterra. Naħseb li din is-sena qiegħda bejn tliet timijiet - Franza, Ġermanja u Brażil - u nagħżel Franza.

    L-interess fit-Tazza tad-Dinja jibqa’ għax bħall-Olimpjadi dawn it-tnejn huma l-akbar avvenimenti sportivi dinjin darba kull erba’ snin li jgħaqqdu l-ħames kontinenti flimkien għal xahar sħiħ u għalina l-Maltin xejn inqas.

    Bit-Taljani għalina l-Maltin kien ikun hemm aktar pika sportiva iżda dan ma jfissirx li l-interess mhux l-istess bħall-edizzjonijiet passati. 

    Joan Agius (Kunsilliera Żejtun): Jien inħobb ħafna l-World Cup u nżomm mat-Taljani. Naħseb li din is-sena aħna bħala Maltin se nħossuna xi ftit imdejqin minħabba t-Taljani. Però xorta waħda se jkun hemm interess għax il-futbol huwa sport sabiħ. Din is-sena għadni ma nafx ma’ min se nżomm. Naħseb li l-Ġermanja terbaħ.

    Liston Bongailas (Żeffien tal-HipHop): Għalkemm minix dilettant tal-futbol u normalment ma nsegwi l-ebda logħob partikolari ħlief il-World Cup, dejjem niffavorixxi lill-Ingliżi għalkemm naf li ma tantx għandhom fortuna f’din il-kompetizzjoni. Hemm pajjiżi bħall-Brażil u l-Ġermanja li jaffaxxinawni narahom jilagħbu wkoll. 

    Din is-sena nkun qed inżomm mal-Ingliżi għax dejjem nibqa’ nittama li xi darba narahom jirbħu l-World Cup f’ħajti. Jiena naħseb li l-World Cup se jirbħuha l-Brażil din is-sena għalkemm kif spjegajt nittama li l-Ingliżi jirbħuha. 

    Il-fatt li t-Taljani ma kkwalifikawx hija daqqa ta’ ħarta speċjalment għall-Maltin, li naf kemm għandhom it-tim Taljan tant għal qalbhom. Il-logħba għalija tilfet nofs l-interess. Nafu biżżejjed li l-Maltin il-ġawhra tagħhom huma l-Ingliżi u t-Taljani u dik il-fjamma ta’ kompetizzjoni din is-sena sfortunatament mhux se nesperjenzawha.

    Maria Muscat (kantanta u ġurnalista): Se nżomm mal-Ingliżi imma naħseb li l-Brażil se jerbħu t-Tazza tad-Dinja. Il-fatt li m’hemmx it-Taljani, naqas ħafna l-interess. Is-soltu kont tara ħafna bnadar. Din is-sena m’hemmx dik il-“vibe” bħall-edizzjoni preċedenti.

    Michael R. Piccinino (President - Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ): Se nżomm mal-Ingliżi fil-World Cup. Minkejja li ma nżommx mal-Ġermanja, naħseb li dawn għandhom tim tajjeb ħafna bi skwadra kompluta u li tikkumplimenta lil xulxin. Dan jixhdu wkoll il-fatt li qegħdin l-ewwel fir-rankings tal-FIFA bħalissa. 

    F’pajjiż fejn nofs il-poplu iżomm mat-Taljani ċertament li l-fatt li t-Taljani ma kkwalifikawx għall-World Cup din is-sena se jaffettwa xi ftit jew wisq l-interess tal-Maltin fuq din il-logħba, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda ċert li se jkun hemm interess għal-logħob tal-World Cup għax wara kollox kull min isegwi l-futbol ikun jinteressah dawn il-logħob bejn l-aħjar timijiet fid-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0