Implimentati aktar minn 600 rakkomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali fi tliet snin

  • Ġun 14, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    F’perjodu ta’ tliet snin, l-Amministrazzjoni Pubblika implimentat aktar minn 600 rakkomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali. Dan tħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, meta nieda l-pubblikazzjoni ‘Governance Action on the NAO’s Annual Report 2016’, li hija t-tweġiba tal-Amministrazzjoni Pubblika għar-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi.

    Din hija t-tielet sena konsekuttiva li qed tinħareġ din il-pubblikazzjoni. Fl-okkażjoni tat-tnedija, sar seminar li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u li fih saret diskussjoni informali u konsultazzjoni diretta bejn is-Servizz Pubbliku u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Għal dan is-seminar attendew l-ogħla uffiċjali involuti fit-tħaddim ta’ fondi pubbliċi u proċessi fis-Servizz Pubbliku.

    Meta indirizza lill-ġurnalisti dwar il-pubblikazzjoni mnedija llum, is-Sur Cutajar qal li fir-rapport tiegħu għall-2016, l-Awditur Ġenerali għamel 197 rakkomandazzjoni, li minnhom intlaqgħu 163. Minn dawn il-163, sa issa ġew implimentati 131, jiġifieri 80%. Is-Sur Cutajar qal li din hija rata ta’ implimentazzjoni bla preċedent għal rakkomandazzjonijiet li ġejjin mingħand l-Awditur Ġenerali. Huwa fakkar li għal snin sħaħ, dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jaqgħu fuq widnejn torox u semma kif saħansitra f’pajjiżi bħall-Kanada—kif aċċenna l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, fis-seminar—l-Awditur Ġenerali dan ix-xahar stess ilmenta li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu injorati.

    Is-Sur Cutajar qal li t-tweġiba annwali tal-Amministrazzjoni Pubblika għar-rapport tal-Awditur Ġenerali hija mod prattiku kif jitħaddem il-Four-Eye Principle kif ukoll att ta’ kontabilità ċara fejn mhux biss jingħata rendikont tar-rakkomandazzjonijiet milqugħa, iżda wkoll tal-mod kif dawn ġew implimentati.

    Is-Segretarju Permanenti Ewlieni żied jgħid li fil-proċess ikun involut ukoll l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern, l-IAID, li jivverifika li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet saret tassew. Dan mhux minħabba nuqqas ta’ fiduċja fil-Ministeri rispettivi, iżda biex tkun aċċertata l-permanenza ta’ dak li ġie implimentat. Huwa ppjanat li l-ħidma li ssir fuq ir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi tinfirex ukoll fuq rapporti oħra li jagħmel l-Awditur Ġenerali.

    Fost ir-rakkomandazzjonijiet li ġew milqugħa mir-rapport għall-2016, hemm uħud li jittrattaw nuqqasijiet relatati ma’ attendance sheets, nuqqasijiet b’rabta ma’ kontrolli interni, u ż-żamma ta’ rekords.

    Fil-każijiet fejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ma ġewx aċċettati, ingħatat ir-raġuni għan-nuqqas ta’ qbil mal-Awditur Ġenerali. Sadanittant, jibqa’ għaddej l-eżerċizzju biex jiġu implimentati dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ntlaqgħu iżda li sa issa għadhom ma twettqux.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0