Il-Ministry of Sound Tour f'Malta b'Benny Benassi

  • Ġun 22, 2018 14:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministry of Sound Tour għadhom kemm ħabbru l-ewwel avveniment f’Malta għal dan is-Sajf, liema avveniment ser ikun qiegħed jipparteċipa fih id-DJ ta’ fama internazzjonali Benny Benassi. Benassi artist ikoniku u jinżel tajjeb ħafna mal-Maltin u rebaħ anke Grammy awards.

    L-avveniment ser isir fil-Backyard ġdida ta’ Uno Village, is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018.

    Benassi li hu mgħaruf għal diversi diski bħal hits Satisfaction, We Light Forever, Beautiful People (ft. Chris Brown) u Cinema ser ikun qiegħed idoqq diversi hits, diski favoriti u anke tracks ġodda.

    Dan l-avveniment ser ikun issapportjat minn DJs lokali bħal DJ RUBY, DJ Miss Roberta, Jd Patrick, remedees, Blaze , Meister, Nexus and Dela.

    Biljetti jinsabu għal bejgħ, bl-early bird batch ikun dak ta’ €15 u bil-lott normali €20. Dawk li jixtiequ jkunu fis-sezzjoni VIP jistgħu jixtru l-biljetti għal €35. Biljetti jistgħu jinxtraw minn https://www.ticketarena.co.uk/events/Ministry-of-S-12

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0