Distakk ta’ 26.2% bejn il-mexxejja

  • Ġun 24, 2018 08:00
  • Miktub minn iNews

    Sena wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u 11-xahar bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, minn stħarriġ kummissjonat minn IT-TORĊA u Inewsmalta joħroġ b’mod mill-aktar ċar li d-distakk  bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia hu ta’ 26.2 fil-mija. Meta n-nies ġew mistoqsijin lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li tafda f’Malta’ u kif ukoll meta wiehed japlika l-Multiple imputation technique fuq dawk li irrifjutaw li jwiegbu jew huma indecizi, 62.8% qalu Joseph Muscat, mentri 36.6% qalu Adrian Delia. 

    Id-distakk bejn il-Partit Laburista  u l-Partit Nazzjonalista hu ta’ 17.8 fil-mija. Dan l-istħarriġ sar minn Dr Vincent Marmara, li l-istħarriġ tiegħu fl-aħħar elezzjoni kien l-aktar wieħed korrett u li bassar eżatt  kemm se tkun id-differenza ta’ voti bejn il-partiti.

    Fl-istħarriġ li sar meta dawk intervistati ġew mistoqsijin lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li jafdaw f’Malta, 43.7 fil-mija qalu li jafdaw lil Joseph Muscat waqt li kien hemm 23.3 fil-mija li qalu li jafdaw l-aktar lil Adrian Delia.   Fost il-votanti tal-Partit Laburista, 96.6 fil-mija qalu li jafdaw ll Joseph Muscat waqt li fost il-votanti tal-Partit Nazzjonalista 81.6 fil-mija qalu li jafdwar lil Adrian Delia, 2.4 fil-mija qalu Joseph Muscat, 4 fil-mija irrifjutaw li jwieġbu, 3.2 fil-mija huma indeċiżi u 8.8 qalu ħadd.

    Meta wiehed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li irrifjutaw li jwiegbu jew huma indeċiżi, wieħed jkun jista’ jsib ‘replacement’ xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il- metodu jissejjaħ Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk it-tbassira tar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali huwa, 58.5% se jivvutaw lill-Partit Laburista, 40.7% ser jivvutaw lil Partit Nazzjonalista u 0.8% ser jivvutaw lil Alternattiva Demokratika jew partiti oħra. B’hekk id-distakk bejn il-partiti bħalissa hu ta’ madwar 55,000 vot. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0