Dħul b’xejn fl-Armerija u fil-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru

  • Ġun 25, 2018 10:13
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta se tiftaħ b’xejn l-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju, festa pubblika.

    Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-aħħar opportunitá biex iżuru l-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala tal-Pranzu u fis-Sala tat-Tron, ‘Picasso and Miró: The Flesh & the Spirit’. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa sat-30 tax-xahar.

    Il-Palazz tal-Granmastru kien fost l-ewwel binjiet li nbnew mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Matul is-snin il-Palazz tkabbar u ssebbaħ sakemm ħa l-forma strutturali preżenti. Serva wkoll bħala l-kwartieri tal-Granmastru, tal-kmandanti tat-truppi Franċiżi, tal-Gvernaturi Britanniċi u tal-Presidenti tar-Repubblika ta’ Malta.

    Nhar il-Ħadd il-viżitaturi se jkollhom l-opportunitá jesploraw l-Armerija tal-Palazz li tħaddan fost l-akbar kollezzjonijiet ta’ armi u armaturi li għadhom esebiti fil-binja oriġinali tagħhom. Il-kollezzjoni tinkludi korazzi milbusa mill-Granmastri Alof de Wignacourt u Jean de la Valette, armi u armaturi milbusa minn kavallieri tal-Ordni u Ottomani waqt l-Assedju l-Kbir fl-1565, varjetá ta’ armi tan-nar għall-użu militari kif ukoll bħala passatemp u varjetá ta’ artillerija li oriġinarjament kienet tintuża fil-gwerer mill-fortifikazzjonijiet.

    Fil-livell ta’ fuq tal-Palazz, il-viżitaturi jżuru l-Kmamar Statali, il-pitturi illużjonisti Barokki tas-seklu tmintax li jiddekoraw il-kuriduri, il-pitturi tal-mexxejja diversi li jmorru lura minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann sal-lum u s-Sala tal-Arazzi li tospita l-uniku sett ta’ arazzi komplut fid-dinja tas-seklu tmintax tal-‘French Gobelins’, intitolat ‘Les Teintures des Indes’. 

    Matul il-ġurnata se jsiru wkoll żewġ żjarat bi gwida, wieħed fil-10.30am u l-ieħor fis-2.00pm.

    Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu:

    L-Armerija tal-Palazz mid-9.00am sal-5.00pm, l-aħħar dħul fl-4.30pm

    Kmamar Statali mid-9.00am sal-4.30pm, l-aħħar dħul fl-4.00pm

    Il-wirja Picasso and Miró mill-10.00am sal-4.30pm, l-aħħar dħul fl-4.00pm

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0