Attivita’ edukattiva b’differenza fil-belt Valletta

  • Lul 03, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews

    Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju, numru mdaqqas ta’ studenti Maltin ħadu sehem f’attivita’ edukattiva fl-apert u b’differenza fil-belt kapitali Valletta. Din kienet organizzata minn Whiz Adventure, li matulha l-edukaturi għamlu użu mir-riżors edukattiv Fillandiz Seppo. Matul din l-attivita’, l-istudenti kellhom iżuru diversi lokalitajiet fil-belt Valletta u jwieġbu mistoqsijiet relatati mal-istorja tal-belt Valletta. Huma ħadu sehem ukoll f’eżercizzji maħluqa permezz ta’ Seppo Finland, għodda edukattiva offruta f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta.

    F’Malta din l-għodda edukattiva hija offruta mill-iskola Mater Boni Consilii St Joseph ta’ Raħal Ġdid. Fi tmiem din l-attivita’, li saret ukoll bl-appoġġ tal-kunsill lokali tal-belt kapitali, is-Sur Matthew Naudi, f’isem Whiz Adventure, ikkummenta li Seppo hija għodda teknoloġika mill-aktar innovattiva li twassal għal tip ta’ edukazzjoni ħolistika, fl-apert, u b’mod mill-aktar stimolanti. “Permezz ta’ Seppo, wieħed jista joħloq attivitajiet edukattivi varjati u kreattivi li jistgħu jsiru jew b’telefon ċellulari jew permezz ta’ laptop u fuq kollox fl-apert. Fil-futur żgur li nerġa nagħmel użu minnha. Nirringrazzja lil Riku Alkio minn Seppo Finland u Dr Kenneth Vella, kap tal-iskola Mater Boni Consilii tal-opportunita’ li tawni biex nagħmel użu ta’ Seppo ” qal Naudi.

    Is-sena skolastika li ġejja, Seppo se tkun użata mill-għalliema u studenti tal-iskola Mater Boni Consilli St Joseph ta’ Raħal Ġdid filwaqt li skejjel oħra mistennija wkoll jibdew jagħmlu użu minnha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0