Żur it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra fi nżul ix-xemx

  • Lul 03, 2018 20:11
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta qegħda toffri opportunitá mhux tas-soltu lill-pubbliku sabiex jesperjenzaw il-park arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra filgħaxija fi nżul ix-xemx. 

    L-attivitá, li se ssir nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju, tinkludi żjara fiż-żewġ siti preistoriċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, kif ukoll se jkun esplorat il-pajsaġġ Mediterranju li jdawwar is-sit mogħni b’karatteristiċi storiċi fosthom it-Tankijiet ta’ Misqa, il-Congreve Memorial u t-Torri tal-Ħamrija.

    Kuraturi u esperti se jdawwru lill-viżitaturi u permezz ta’ din l-attivitá l-viżitaturi se jkollhom opportunitá rari li jesploraw u jifhmu f’iktar dettal dawn is-siti, iktar u iktar meta f’dan il-ħin iż-żona tkun tbattlet min-numru kbir ta’ persuni li ġeneralment iżuru s-sit fil-ħinijiet normali tal-ftuħ.

    Fi tmiem iż-żjara jkun hemm riċeviment żgħir fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Il-viżitaturi jridu jkunu fil-parkeġġ tas-sit fis-6.30pm fejn jiltqgħu ma’ rappreżentant ta’ Heritage Malta.

    Il-biljetti, għall-prezz ta’ €20 għall-adulti, anzjani u studenti, u €15 għall-membri ta’ Heritage Malta u tfal, huma limitati u jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta jew inkella online.

    Iktar tagħrif jinkiseb min fuq il-website tal-aġenzija, www.heritagemalta.orgjew żur il-paġna uffiċjali ta’ facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0