Inżuru l-belt ta'... Bratislava

  • Lul 06, 2018 12:00
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Popolazzjoni: madwar 450,000

    Temperatura: klima moderatament kontinentali b’medja ta' madwar 10.5°C

    Lingwa: Slovak

    Munita: Euro

    Bratislava hija l-kapitali tal-Islovakkja. B'popolazzjoni ta' madwar 450,000, hija waħda mill-iżgħar ibliet tal-Ewropa iżda xorta hija l-akbar belt tal-pajjiż. Iż-żona metropolitana hija d-dar għal aktar minn 650,000 persuna. Bratislava tinsab fil-Lbiċ tal-Islovakkja, li tokkupa ż-żewġ banek tax-Xmara Danubju u tax-Xmara Morava. Lil hinn mill-Awstrija u l-Ungerija, hija l-unika kapital nazzjonali li tmiss ma' żewġ stati sovrani.

    L-istorja tal-belt ġiet influwenzata ħafna minn nies ta' nazzjonijiet u reliġjonijiet differenti, jiġifieri (f'ordni alfabetiku) Awstrijaċi, Bulgari, Kroati, Ċeki, Ġermaniżi, Ungeriżi, Lhud, Serbi u Slovakki. 

    Bratislava hija ċ-ċentru politiku, kulturali u ekonomiku tas-Slovakkja. Hija s-sede tal-president Slovakk, il-parlament u l-Eżekuttiv Slovakk. Għandha bosta universitajiet, u ħafna mużewijiet, teatri, galleriji u istituzzjonijiet kulturali u edukattivi oħrajn. Bosta negozji kbar u istituzzjonijiet finanzjarji tas-Slovakkja għandhom kwartieri ġenerali hemmhekk.

    Fl-2017, Bratislava ġiet ikklassifikata bħala t-tielet reġjun l-aktar sinjur tal-Unjoni Ewropea skont il-GDP (Gross Domestic Product) (wara Hamburg u l-Belt tal-Lussemburgu).

    Il-belt tinsab f'waħda mill-aktar partijiet tal-aktar siekta tas-Slovakkja.

    Ħafna mill-binjiet storiċi huma kkonċentrati fil-Belt il-Qadima. Il-Bieb ta' Michael huwa l-uniku bieb li ġie preservat mill-fortifikazzjonijiet medjevali, u jikklassifika fost l-eqdem bini tal-belt.

    Personalment naħseb li ż-żmien adekwat biex wieħed iżur Bratislava huwa ta’ jumejn. B'dan il-mod ikollok ħin biżżejjed biex iżżurha, lil hinn mill-Belt il-Qadima, u biex tgawdi kulma toffri, u jekk ikollok ċans ara l-kampanja u duq ftit inbejjed mill-aqwa f'dan ir-reġjun.

    B’differenza mill-ibliet ġirien, Budapest u Vjenna, li huma favoriti sew mat-turisti, Bratislava forsi ma tiġborx l-istess eċċitament. Vera li jista’ jkun ftit iżgħar imma ċertament għandha xi ħaġa tassew interessanti biex tara u tagħmel.

    L-ajruport ta' Bratislava jinsab qrib iċ-ċentru, inqas minn 30 minuta bil-bus pubbliku nru 61 li titlaq u tispiċċa mill-istazzjon tal-ferrovija prinċipali. Il-magna tal-biljetti tinsab fl-ajruport, fuq iż-żewġ naħat tal-bieb tal-ħruġ. Huwa ajruport żgħir, m'intix ser tintilef.

    Postijiet interessanti:

    Il-kastell ta’ Bratislava: is-sede preċedenti tal-mexxejja, illum is-simbolu ta’ Bratislava u s-sede tal-Mużew tal-Istorja. Hemm veduta mill-isbaħ tal-belt u l-pajjiżi ġirien mit-torri tal-kuruna ta' 47 metru għoli. Ħafna leġġendi huma konnessi mal-istorja tal-kastell, fosthom… attenti mill-vampir Dracula fejn il-leġġenda tgħid li kien joqgħod proprju f’dan il-kastell.

    Il-katidral ta’ San Martin: knisja Gotika fejn fuq it-torri tal-katidral, li għandu għoli ta’ 85 metru, hemm kuruna li tiżen 150kg.

    Old Town Hall:  kif tkun f’din iż-żona ma tistax ma tarax il-pjazza prinċipali li jisimha Hlavne Namestie. Jekk iżżur waqt il-perjodu tal-Milied tista’ żżewwaq għajnejk bil-Christmas Markets.

    Il-Palazz Grassalkovich: dan iservi bħala s-sede tal-President mill-1996

    Il-knisja ta’ Santa Elizabetta: din il-knisja affaxinanti ta’ lewn blu hija popolari ferm għaċ-ċerimonji tat-tiġijiet u magħmudija

    SNP bridge: magħruf ukoll bħala Ufo bridge għall-għamla stramba li għandu li għandu fil-parti ta’ fuq. Żgur li mhux xi pont bħal dawk li hemm f’Venezja imma huwa tassew uniku. Jekk jinteressak, tista titla’ fuq nett u ssib restaurant jew tista’ tammira x-xena minn fuq ta’ Bratislava.

    Barra minn Bratislava tista' żżur Vjenna li tinsab biss siegħa ‘l bogħod bil-ferrovija, Cerveny Kamen fejn issib wieħed mill-isbaħ kastelli u Modra li hu popolari ma’ min irid imur ftit wine tasting, imma mhux l-unika raġuni ta’ għalfejn għandek iżżur dan il-post. Modra hija waħda mill-iktar postijiet antik u hija magħrufa għall-produzzjoni taċ-ċeramika, li żgur jagħmel souvenir mill-isbaħ.

    Tista' żżur ukoll Svaty Jur li hu popolari anke għall-wine tasting imma anka r-raħal ħaqqu dawra hu dak ta' Gyor.

    Ikel tipiku:

    Bryndzové halušky: Dan huwa d-dish nazzjonali tal-Islovakkja li jikkonsisti minn għaġin magħmul mill-patata (simili għall-gnocchi taljani) flimkien ma' ġobon tan-nagħaġ u bacon inkaljat

    Zemiakové placky: pancakes tal-patata bid-dqiq u t-tewm moqli fiż-żejt

    Ġobon moqli u ġobon tan-nagħġa

    Lokše: pancake tal-patata

    Sopop: soppa tat-tiġieġ bl-għaġin, soppa tat-tiġieġ u soppa tal-fażola

    Parené buchty: għaġina ratba mimlija bil-ġamm, żerriegħa tal-peprin ħelu, ġobon jew ċikkulata

    Šišky - għaġina moqlija bil-marmellata u zokkor

    RitrattiBratislava Tourist Board/visitbratislava.com (“Castle view” u “Old Town hall”).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook