Hee Ah Lee twieldet b’kundizzjonijiet fiżiċi severi. Hija kellha biss żewġ swaba fuq kull naħa u saqajha kienu jispiċċaw sa għarkupptejha. It-tobba tagħha ma stennewx li tgħix.
Imma Lee mhux talli għexet, imma fl-età ta’ sitt snin bdiet tistudja l-pjanu. Fil-bidu l-erba’ swaba tagħha kienu dgħajfin ħafna li lanqas biss setgħet taqbad lapes. Ommha bdiet tittama li bil-pjanu ssaħħaħ il-qabda tagħha.
Mhux talli ħadem talli issa hija issa tgawdi d-dinja filwaqt li ddoqq il-pjanu għal numru ta’ udjenzi.
Omm Lee spiċċat tqila waqt li kienet miżżewġa ma' raġel b'diżabilità. It-tobba qalu li minħabba mediċina li kienet qed tieħu, it-tarbija tagħha ma kinitx ser tkun normali. Minkejja kollox, hija għażlet li tkompli bit-tqala u fl-1985 f'Seoul, il-Korea t'Isfel, Hee Ah Lee twieldet b'żewġ swaba’ biss fuq kull naħa, disfigurazzjoni ta’ saqajha, u ħsara żgħira fil-moħħ. L-isptar qal lil Sun li ma setax tieħhu ħsiebha fid-dar u l-qraba riedu li jqiegħduha għall-adozzjoni f'pajjiż barrani.
Minkejja dan, ommha ħasbet li t-tarbija tagħha kienet sabiħa u kienet determinata li kienet ser tgħix ħajja ta’ suċċess.
Dan kien il-punt ta’ bidla u sena wara Lee rebħet premju l-kbir f’kunċert tal-pjanu. Meta kella biss 7 snin li Lee rebħet id-19-il Konkors Nazzjonali tal-Korea u ġiet ippreżentata bl-għotja mill-President tal-Korea.
Illum Lee għandha 22 sena, rebħet bosta premjijiet, u hija pjanista f’bosta kunċerti mifruxa.
“Il-pjanu sar sors ta’ ispirazzjoni u l-aqwa ħabib, tiegħi,” temmet tgħid Lee.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.