Il-Gvern Brittaniku bi kriżi ta' instabbiltà … Jirriżenja wkoll Boris Johnson

  • Lul 09, 2018 17:26
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson illum irriżenja mill-kariga tiegħu minġabba diverġenzi dwar il-pjani tal-Prim Ministru Brittaniku Theresa May fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

    Ir-riżenja tiegħu waslet wara li tard ilbieraħ filgħaxija rriżenja wkoll il-Ministru għal Brexit David Davis.

    Dawn iż-żewġ riżenji ħolqu instabbiltà fil-Gvern Brittaniku f’mument fejn mistennijin li jibdew taħditiet delikati dwar l-aspetti fundamentali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Ir-riżenji jqajmu dubji wkoll dwar x’se tkun qed tagħmel May, jekk hijiex mistennija li żżomm il-pożizzjoni tagħha bil-għan li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Ue jkun fuq bażi amikevoli jew inkella jekk l-awtorità tagħha tkunx iffaċċjata b’aktar sfidi fost sejħiet għal riżenji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0