“Is-siġar għandhom valur ekoloġiku, ekonomiku u kulturali” … Din l-Art Ħelwa: Il-valur tas-siġar mhuwiex wieħed biss estetiku

  • Lul 10, 2018 09:50
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    “L-iżvilupp ta' dawn l-aħħar snin ifisser li llum hawn iżjed nies, iżjed turisti u għandna bżonn aktar mezzi sostenibbli ta' vjaġġar. Dan ma jfissirx iżjed toroq u iżjed użu tal-art għall-bini.”

    Hekk qalet kelliema minn Din l-Art Ħelwa lil dan il-ġurnal filwaqt li sostniet li l-iżvilupp ovvjament huwa ħaġa tajba ghax il-pajjiż irid jimxi ‘l quddiem, “imma importanti li jsir kemm jista’ jkun b'mod sostenibbli u jiffoka fuq l-impatti ambjentali u soċjali mhux biss fuq il-valur ekonomiku. Hawn bżonn ferm aktar kuxjenza pubblika fir-realtà għall-ambjent illum ħafna iktar min qatt qabel.”

    Intant Din l-Art Ħelwa tgħid li għad hawn elementi fostna li ghandhom bżonn jigu edukati dwar l-importanza tal-ambjent, is-sigar eċċ, “u hawn dawk li jaraw biss il-gwadan akkost li jżebilħu l-ambjent.”

    “Is-siġar, li bħalissa qed jinqerdu u jitqaċċtu bla rażan minħabba dak imsejjaħ "progress" għandhom valur enormi - ekoloġiku, ekonomiku u kulturali nazzjonali. Il-valur tas-siġar mhuwiex wieħed biss estetiku li jsebbaħ il-pajsaġġ u li jġib miegħu sentiment pjaċevoli,” tkompli tgħid.

    Din l-Art Ħelwa tkompli tgħid li fix-xjenza ilu magħruf li s-siġar għandhom ħafna aktar x'joffru minn dan u n-natura kontinwament twissina fuq it-tibdil fil-klima li qed iseħħ b’rata mgħaġġla. “Apparti mill-fatt li s-siġar jikkumbattu din il-bidla fil-klima billi jassorbu t-tniġġis mill-arja, jipprovdu l-ossiġenu, jikkonservaw l-enerġija u l-ilma, itaffu l-għargħar u jipprevenu t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u l-erożjoni tal-ħamrija.”

    “Is-siġar jipproteġu mir-raġġi ultra-vjola, kif ukoll jipprovdu kenn u ħabitat għall-ħajja selvaġġa. Is-siġar jkessħu t-toroq, u l-ibliet u l-irħula, u jżidu l-valur tal-propjetà. Is-siġar jipprovdu l-ikel u fuq kollox joħolqu opportunitajiet ekonomiċi għall-futur tagħna. Iktar ma jkollha żmien siġra, dan il-valur jiżdied ferm aktar. Dan ifisser li jeħtieġ li jiġu ppreservati u mhux sostitwiti.”

    Mistoqsija dwar xi policies li jeżistu dwar siġar protetti, sostniet li għandha nsaħħuhom u nħarsuhom b’aktar infurzar. ‘Sa fejn nifhem qegħdin nistennew li jintħarġu l-policies 'for trees and woodland protection' il-ġodda li xi tlett xhur li għalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika min-naħa tal-awtorità tal-ambjent u riżorsi. Hemm bżonn ikun hemm aktar tree protection orders u actions (TPO, TPAs) li jiġu mħarsa kemm jista’ jkun malajr ħalli ma nkomplux nqaċċtu l-kapitlu naturali tagħna.”

    Żviluppi kbar għandhom iqiesu li s-siġar u l-pjanti jwasslu magħhom ħafna benefiċji ekonomiċi kemm ukoll soċjali. Il-problema li uħud għomja iridu jibnu kull pulzier u ma japprezawx il-bellezza tan-natura. 

    Malta għandu jkollha iżjed 'national parks' bħal Majjistral (ħajja selvaġġa u mhux mittiefsa mill-impatti tal-bniedem) u għandna nsaħħu l-liġijiet li jipprorteġuhom. Għandna bżonn ferm aktar attenzjoni dwar dak kollu li qed jgħix madwarna u naraw kif b'mod individwu wieħed jista' jnaqqas l-impatt negattiv ambjentali tiegħu ħalli kemm aħna u uliedna nkomplu ngawdu n-natura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0