Filmat interessanti fuq il-Brażiljan Neymar

  • Lul 10, 2018 00:28
  • Miktub minn iNews

    Filmat li ħareġ f’dawn l-aħħar sigħat u li dar mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-internet juri grupp ta’ tfal mal-coaches tagħhom waqt sessjoni ta’ taħriġ fil-Brażil. Wara li dawn it-tfal għamlu l-ewwel parti tat-taħriġ jżommu l-ballun, jikkontrollawh u jduru bih, minnufih wieħed mill-kowċis jinstema’ jgħajjat “Neymar!” Ħin bla waqt dawn l-istess tfal jaqgħu mal-art u jimteddu minn tulhom fuq il-ħaxix tal-ground. Din il-prova ġiet imlaqqma bħala #neymarchallenge u saret famuża wara li l-attakkant Brażiljan Neymar waqa’ għal ħafna drabi matul il-logħob li kellu f’din it-Tazza tad-Dinja u għamel ħafna minuti mal-art.

    Filmat ieħor li ħareġ juri kelb illi kif sidtu tgħajjat “Neymar!” dan jinxteħet mal-art bħal qisu rieqed.

    Huwa kkalkulat li waqt il-ħames partiti li l-attakkant ta’ PSG lagħab mal-Brażil dam mal-art għal 17-il minuta b’kollox.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0