Somalu mixli li neża’ għarwien u waddab flixkun tal-ħġieġ

  • Lul 10, 2018 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    Somalu mixli li neża’ għarwien u waddab flixkun tal-ħġieġ fid-direzzjoni ta’ uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni fil-Marsa

    Somalu li allegatament neża għarwien u waddab flixkun tal-ħġieġ fid-direzzjoni ta’ uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni fil-Marsa se jkun qed jingħata kura psikjatrika fl-Isptar Monte Carmeli wara li tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi li nġiebu fil-konfront tiegħu. 

    Sahir Saif Faisel Ibrahim ta’ 22 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras mixli li nsulta u hedded żewġ uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni fil-Marsa, li waddbilhom flixkun tal-ħġieġ, li offenda l-moral pubbliku, neża għarwien fil-pubbliku u li kiser il-paċi pubblika.

    Huwa kien mixli wkoll li għex ħajja ta’ vagabondaġġ, li kien fis-sakra u ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu fil-pubbliku kif ukoll li sar reċediv. 

    L-akkużat, li ddikjara li ma jifhimx la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż, kien assistit minn żewġ interpreti fil-Qorti.

    L-Ispettur Alfredo Mangion spjega lill-Qorti kif nhar is-Sibt li għadda, il-Pulizija ġew infurmati li persuna marret fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa u nsulta lil żewġ uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni u waddbilhom flixkun tal-ħġieġ.

    “Ir-raġel imbagħad neża’ l-qalziet u beda jagħmel ċerti ġesti”, kompla jgħid l-Ispettur Mangion. “Huwa kien fis-sakra, alkoħoliku u m’għandux dar fejn joqgħod.”

    Permezz tal-avukat tal-għajnuna legali Graziella Tanti, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-imputat kellu t-talba għal-libertà proviżorji miċħuda, bil-Qorti tordna li jinżamm fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Carmeli biex jingħata l-assistenza psikjatrika li għandu bżonn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0