“I love ix-Xlendi” - festival għal kulħadd

  • Lul 10, 2018 15:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-inizjattiva I love ix-Xlendi mtellgħa mill-Kunsill Lokali tal-Munxar bis-sostenn finanzjarju u bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. I love ix-Xlendi tikkonsisti f’għadd ta’ attivitajiet fil-bajja pittoreska tax-Xlendi kull tmiem il-ġimgħa matul is-sajf fejn jispikka t-talent lokali.

     

    Il-Ministru Justyne Caruana enfasizzat l-importanza ta’ attivitajiet popolari bħal dawn fejn minbarra li jgawdi l-ġmiel naturali tax-Xlendi, wieħed jista’ wkoll jirrikrea ruħu u jgawdi minn spettaklu varjat. Justyne Caruana qalet li din l-inizjattiva timxi pari passu mal-festivals ta’ kull ġimgħa li tħabbru fl-Imġarr u f’Marsalforn. Il-Ministru spjegat li l-programm I love ix-Xlendi hu mimli u varjat u se jsir kull ġimgħa bejn l-14 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru.

     

    Il-Ministru tkellmet dwar l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex iż-żoni turistiċi fil-gżira jinżammu fl-aħjar stat possibbli minkejja d-diversi sfidi sinonimi ma’ dawn il-lokalitajiet. Bħalma ġara s-sena li għaddiet fix-Xlendi u f’Marsalforn, apparti servizzi relatati mat-tindif li jsiru kuljum se jsir ukoll ġbir ieħor ta’ skart fil-borża s-sewda ta’ kull filgħaxija. 

    Is-Sindku tal-Munxar Sonia Abela rringrazzjat lill-Ministru għall-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex f’din l-inizjattiva. Irreferiet għall-appoġġ li jsib il-Kunsill b’servizzi mill-Ministeru fosthom is-servizz tal-beach cleaners, ħaddiema tal-manutenzjoni, tindif ta’ toroq u aktar u aktar din iż-żieda tas-servizz tal-ġbir tal-iskart filgħaxija meta x-Xlendi jesperjenza żieda qawwija fir-residenzi li jagħżlu l-lokalità għall-btajjel tas-sajf.

     

    Il-Ministru Justyne Caruana awgurat li l-Għawdxin, il-Maltin u t-turisti japprezzaw din l-inizjattiva u jabbinaw il-ġmiel naturali u l-faċilitajiet turistiċi tax-Xlendi mal-esperjenza kultural li l-programm sajfi jista’ joffri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0