Probation u multa għal Liam Debono fuq serq ta’ karozzi

  • Lul 10, 2018 15:51
  • Miktub minn iNews

    Liam Debono ta’ 17-il sena minn Ħal Tarxien tqiegħed taħt probation għal żmien tliet snin u mmultat €5,000 b’rabta ma’ każ li jinvolvi serq ta’ karozzi u mutur.

    Il-ġuvni, li fi proċeduri separati jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri wara li tajru bil-karozza, kellu wkoll il-liċenzja sospiża għal ħames snin, li jfisser li ma jistax jikseb il-liċenzja meta jagħlaq it-18-il sena.

    Debono kien tressaq fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet mixli li fil-lejl ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Mejju 2017 kien kompliċi fis-serq ta’ Maruti u Suzuki minn Santa Luċija u Birżebbuġa rispettivament.

    Huwa kien mixli wkoll li fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju 2017, flimkien ma’ persuna oħra, kkommetta serq ta’ mutur tal-għamla Yamaha minn ġewwa Ħal Tarxien.

    Akkużi oħra li nġiebu kontrieh jgħidu li għamel tibdil f’chassis ta’ karozza u l-pjanċi ta’ reġistrazzjoni, li saq karozza u mutur mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni kif ukoll li laqa’ għandu ħwejjeġ meta kien jaf li huma misruqin u li sar reċediv.

    Fis-seduta tat-Tlieta, il-ġuvni ammetta l-involviment tiegħu f’dawn il-każijiet u skuża ruħu ma’ erba’ persuni anzjani li min-naħa tagħhom ħafrulu u ddikjaraw li m’għandhomx interess f’azzjoni kriminali. 

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud sabu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u poġġieh taħt ordni ta’ probation għal tliet snin, ikkundannah €5,000 multa li jrid iħallasha fi żmien tliet snin u ssospendielu l-liċenzja għal ħames snin mil-lum.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Chantelle Casha mentri l-akkużat kellu jiddefenduh lill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0