Wissietu li jew jagħżel lilha jew il-ħaxixa … Omm tingħata l-kustodja esklussiva ta’ binha

  • Lul 10, 2018 19:43
  • Miktub minn iNews
"

    Mara ngħatat il-kustodja ta’ binha wara li l-Qorti semgħet kif l-eks-sieħeb tagħha kien iqatta’ ħafna ħin ma’ sħabu u kien ipejjep il-ħaxixa, bil-mara twissih li kellu jagħżel jew lilha jew il-ħaxixa.

    Hi fetħet kawża fil-Qorti tal-Familja biex tkun fdata bil-kura u l-kustodja esklussiva tal-minuri u li tingħata manteniment xieraq li għandu jiżdied minn sena għal sena skont l-indiċi tal-għoli tal-ħajja.

    Fix-xhieda tagħha, l-mara ddikjarat li mir-relazzjoni mal-eks-sieħeb tagħha kellhom tifel, li llum għandu tmien snin. Tgħid li wara li twieldet it-tarbija, hi telqet mid-dar ta’ ommha u marret tgħix miegħu f’post f’Bormla li kien proprjetà ta’ missieru.

    Qalet li darba kellhom xi jgħidu u qalilha li “jaqbad u jgaralha lit-tifel mill-cot, tliet sulari għal isfel”. Hi ppanikjat, qabdet lil binha u marret fil-kċina. Qalet li hu pprova jaqbad lit-tifel iżda ma ħallitux u dak il-ħin “qisu kkalma”.

    Tgħid li ċemplet lil missieru biex jiġi malajr u wasal xi nofsiegħa wara. Allegat li għamel għal ibnu u ġew fl-idejn u missieru b’rispett tagħha u tat-tifel qallu biex jitlaq ‘il barra mid-dar kif fil-fatt għamel. 

    Il-mara sostniet li kellhom xi jgħidu fuq €50, liema flus qalet li kien tahomla biex tixtri xi affarijiet għat-tifel. Hu kien ċempel lil sieħbu fuq il-mowbajl u beda jinsisti magħha li jieħu l-flus lura. 

    Tgħid li ġew fl-idejn għax riedet tara l-mowbajl tiegħu u billi beżgħet mit-theddid tiegħu li jarmi lit-tifel ‘l isfel. Kien għalhekk li tagħtu l-flus lura. 

    Ftit wara, kompliet tgħid il-mara, ġie sieħbu wara l-bieb u bl-istess €50 kien ħallsu talli ġablu blokka tal-ħaxixa. Hi qalet li rat kollox mill-gallarija. 

    Hi tgħid li kienet twissieh li kellu jagħżel jew lilha jew il-ħaxixa. Pero’ huwa baqa’ jpejjep il-ħaxixa, u kien jiġri bil-karozza ta’ ommha stess u kemm-il darba qalilha li kienu imur ma’ nisa oħra waqt li kienet tkun ix-xogħol.

    L-Imħallef Robert G. Mangion innota kif l-minuri ilu jgħix ma’ ommu sa mit-twelid tiegħu u li missier it-tifel bilkemm jaf lil ibnu billi dan qatt ma wera interess fih. 

    Huwa nnota wkoll kif ir-raġel ġie akkużat fil-Qorti Kriminali tal-Maġistrati bi traffikar u pussess tal-kannabis u bil-pussess tal-kokaina. 

    Apparti hekk, meta l-mara kellha bżonn il-firma tiegħu biex il-minuri, li kellu jsiefer ma’ nanntu, jkollu passapport, huwa rrifjuta u l-mara kienet kostretta titlob l-intervent tal-Qorti biex tawtorizza s-safra. 

    “Mill-provi miġbura l-Qorti tikkonkludi li l-konvenut mhux idonju biex ikollu, jew jaqsam mal-attriċi, l-kura u kustodja tal-minuri. Fl-aħjar interess tal-minuri l-Qorti qed tiddeċiedi li l-omm tkun esklussivament fdata bil-kura u kustodja tal-minuri,” sostna l-Imħallef Mangion.

    Kien għal dawn ir-raġunijiet li t-talbiet tal-mara ġew milqugħa u filwaqt li kienet fdata bil-kura u l-kustodja esklussiva tal-minuri, ngħatat manteniment ta’ €200 fix-xahar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0