Tfal żgħar jisparaw għalihom infushom b'pistoli li sabu

  • Lul 11, 2018 07:30
  • Miktub minn iNews
"

    Tifel ta’ sentejn fi Houston, Texas, l-Istati Uniti, miet wara li spara għalih innifsu f’rasu b’pistola li ma kinitx fi stat ta’ sigurtà li sab fid-dar.

    Skont il-pulizija, il-ġenituri tat-tifel, Christopher Williams Jr., kienu fid-dar meta seħħ l-inċident. Hu mifhum li l-pistola awtomatika, ta’ kalibru 9.0mm., hija tal-missier u għad mhux magħruf jekk il-ġenituri hux se jkunu qegħdin jiffaċċjaw akkużi.

    Diversi tfal fl-Istati Uniti aċċidentalment jisparaw armi li jsibu fid-dar u joqtlu lilhom infushom, tant li matul dawn l-aħħar jiem kien hemm diversi każi separati. Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Houston (HPD) iridu jistabilixxu kif it-tifel kellu aċċess għall-pistola qabel ma seħħet l-isparatura l-Ħadd li għadda. F’konferenza tal-aħbaijiet, il-kap tal-fergħa Special Victims tal-HPD, appella lill-ġenituri li għandhom xi arma d-dar biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkomplux iseħħu aċċidenti bħal dawn.

    Skont il-ġurnal lokali “Houston Chronicle”, missier it-tifel, Christopher Charles Williams, fl-2009 kien instab ħati li kien fil-pussess ta’ pistola. In-neputija ta’ Christopher, Suzanne Alvardo, qalet li zijuha kien ikun dejjem ma’ ibnu, ma jħallihx mument waħdu u hu bil-qabda aħjar minn missirijiet oħrajn.

    Nhar it-Tnejn stess l-istess pulizija akkużaw missier ieħor fuq każ simili meta ibnu wkoll ta’ sentejn kien aċċidentalment spara għal wiċċu f’Mejju li għadda. Ali Parvez Masoom ta’ 32 sena jinsab mixli li ħalla l-pistola ta’ kalibru .308 fuq mejda fejn ibnu seta’ jilħaqha u jispara għalih innifsu f’wiċċu. 

    Masoom ingħata l-libertà proviżorja wara li ħallas pleġġ ta’ $1,000 u issa se jkun mixli li bi traskuraġni ħalla pistola aċċessibbli għal tifel żgħir.

    Is-Sibt li għadda tifel ieħor ta’ sentejn ukoll fi Fresno, California, inqatel b’mod simili. Il-ġenituri tiegħu ma kinux id-dar meta seħħ l-inċident u rnexxielu jsib pistola u wkoll spara għalih innifsu f’rasu.

    Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-isparatura jidher li seħħet aċċidentalment u qegħdin jinvestigaw biex jiddeterminaw jekk joħorġux akkużi.

    Il-missier ta’ tifel ta’ erba’ snin Justin Foss Jr, li s-Sibt li għadda aċċidentalment ukoll qatel lilu nnifsu, ġie akkużat f’qorti f’Georgia. Justin Foss Sr. kien mixli b’pussess ta’ arma tan-nar li ibnu sab taħt sufan fid-dar tagħhom.

    F’każ separat, f’Myrtle Beach, South Carolina, tifel ta’ erba’ snin jinsab f’qagħda kritika wara li aċċidentalment spara għalih innifsu f’kamra ta’ lukanda s-Sibt li għadda. Il-pulizija akkużaw lill-ġenituri, Heather Lyn Odom u lil Jeremy Barrett b’negliġenza ta’ tifel ċkejken. Il-pulizij qalu li t-tifel kien waħdu fil-kamra tal-lukanda meta sab pistola ta’ kalibru .38 fil-hand-bag  ta’ ommu u qatel lilu nnifsu.

    Skont il-midja lokali, il-koppja ttellgħu il-Qorti nhar il-Ħadd li għadda stess u se jkun qegħdin jgħaddu ġuri f’Settembru. Huma jistgħu jeħlu sa għaxar snin ħabs kull wieħed jekk jinstabu ħatjin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0