“L-irwol tal-edukaturi ma jistax jibqa’ jiġġebbed”

  • Lul 11, 2018 09:25
  • Miktub minn iNews
"

    L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) sostniet li filwaqt li l-proposta għal superviżjoni waqt it-trasport tal-istudenti hija waħda tajba, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jistax jibqa' jippretendi li r-rwol tal-edukaturi jibqa' jiġġebbed sabiex jilqa' għall-ħtiġijiet kollha li joħorgu minn wegħdiet li jidhru sbieħ fuq il-karta iżda li meta jitħabbru ma jkun hemm l-ebda pjan kif jistgħu jitwettqu. L-MUT żiedet li dan qiegħed jingħad fid-dawl tal-informazzjoni mxandra dwar in-nuqqas ta' interess minn edukaturi fis-superviżjoni tat-trasport tat-tfal tal-iskejjel.

    “Ta' min isemmi li l-Union mhix sorpriża b'din l-aħbar u kienet minn tal-ewwel li esprimiet it-tħassib dwar kemm l-edukaturi ser ikunu qed jipparteċipaw f'din l-inizjattiva. Dan sostnietu f'mill-inqas żewġ laqgħat li kellha mal-awtoritajiet konċernati fejn f'waħda minnhom kien hemm preżenti wkoll rappreżentanti ta' kumpanija privata li ġiet imqabbda sabiex tagħmel l-istudji preparatorji għal dan is-servizz,” qalet l-MUT.

    “Filwaqt li l-aspett loġistiku tas-servizz propost jikkontribwixxi għan-nuqqas ta' interess, liema nuqqas hu pprevist ukoll għas-sejħiet minn barra, ir-responsabbiltà ta' superviżjoni ma' numru ta' studenti li jista' jaqbeż il-ħamsin huwa fattur ieħor li ma tistax tittraskurah. Dan filwaqt li l-ħlas propost ma jista qatt jagħmel tajjeb għall-ħtiega li edukaturi jkollhom jaslu fil-'pick up point' bil-vettura tagħhom, iħalluha pparkjata hemm u wara jerggħu jagħmu l-istess bil-ħsieb li jekk tinqala emerġenza familjari matul il-jum ikollhom il-vettura tagħhom ipparkjata 'l bogħod, f'xi każi n-naħa l-oħra ta' Malta. Id-difikultajiet loġistiċi huma saħansitra agħar f'xi każijiet għal min ser jaċċetta li jagħti dan is-servizz u jispiċċa bi vjaġġ lejn direzzjoni waħda filgħodu u ieħor differenti waranofsinhar. F'dan il-każ ta' min jistaqsi kif wieħed jista' jaħdem il-loġistika marbuta ma' dan.”

    Għaldaqstant l-MUT appellat lill-Ministeru biex janalizza sew u jindirizza r-raġunijiet veri wara n-nuqqas ta' interess mill-edukaturi. Il-Union tisħaq ukoll il-ħtieġa li l-persuni li ser jiġu fdati sabiex joffru dan is-servizz għandu jkollhom il-kredenzjali kollha sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu superviżjoni mal-istudenti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0