Fernando Torres jingħaqad mal-klabb Ġappuniż, Sagan Tosu

  • Lul 11, 2018 10:43
  • Miktub minn iNews

    L-ex attakkant ta’ Liverpool, Chelsea, Milan, Atletico Madrid u Spanja, Fernando Torres, ingħaqad mal-club Ġappuniż, Sagan Tosu, wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Atletico ntemmlu fl-aħħar ta’ Ġunju u ma reġax ġie mġedded, bl-aħħar dehra tiegħu magħhom tkun meta daħal fid-90 minuta tal-finali tal-Europa League kontra Marseille.

    L-Ispanjol ta’ 34 sena, kien reġa’ ingħaqad mal-club ta’ tfulitu fl-2014 wara li kien misluf lil Milan fis-Serie A.

    Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonat Ewropew kien parti mit-team rebbieħ ta’ Chelsea meta dawn rebħu ċ-Champions League fl-2012.

    Huwa skorja 126 goals fi 314-il logħba f’perjodu ta’ tmien snin fil-football Ingliż, inklużi erba’ snin ma’ Liverpool fejn skorja 81 darba f’142 logħba.

    “Kelli offerti minn Franza, il-Ġermanja u anke waħda minn Spanja, iżda fl-ebda punt ma ħsibt li mmur ma’ team ieħor Ewropew,” qal Torres  meta ġie ppreżentat lill-media fil-Ġappun il-bieraħ.

    “Ridt sfida ġdida f’post totalment diffe­renti,” huwa qal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0