''Kelli x-xemx f'għajnejja... spiċċa fuq is-saqaf''... George Clooney bi ġrieħi ħfief ''għax kien liebes ilbies protettiv''

  • Lul 11, 2018 11:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-midja Taljana qiegħda xxerred il-filmat tal-ħabta li minnha  l-attur famuż George Clooney ħareġ bi ġrieħi ħfief grazzi għall-protezzjoni tal-‘crash helmet’ biex twassal messaġġ.

    Fir-rapport tal-inċident intqal li kollox seħħ f’ħakka t’għajn u li minn fost il-persuni li nġabru biex jagħtu l-ewwel għajnuna nstemgħa l-għajjat tal-isem tal-attur u li għall-ewwel mhux kulħadd beda jemmen dak l-istess għajjat.

    Fortunatament l-attur ġarrab ġrieħi ħfief u fi ftit jiem mistenni jirkupra anke jekk ħafna qiesu dan kollu bħala miraklu wara li nnutaw l-għafiesi fuq il-vettura li ħabat magħha.

    Is-sewwieq tal-vettura stqarr li kellu x-xemx f’għajnejh u ammetta li kif ġie fil-liwja laħaq qabeż bi ftit il-linji li jisseparaw il-karreġjati.

    Huwa żied jgħid li kien fi triqtu lejn ix-xogħol, iżda li tant kien maħkum mix-xokk tal-inċident li dakinhar spiċċa msakkar f’daru.

    Is-sewwieq tenna jgħid li hu xtaq jara kif kien baqa’ l-attur, iżda li meta kien fi stat li jmur jarah, dan fortunatament kien diġà ħalla l-isptar. Ikkonkluda jgħid li jekk kemm il-darba Clooney jaċċetta li jilqgħu hu kien se jfittex mezz ta’ kif jikkomunika miegħu biex jisjega lilu nnifsu aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0