Express Trailers Jappoġġaw l-Alive2018 Cycling Charity

  • Lul 11, 2018 13:58
  • Miktub minn iNews

    Impjegata ta’ Express Trailers tingħaqad mal-grupp ta' 30 ċiklist

    Express Trailers qed tappoġġja l-inizjattiva ALIVE2018 Cycling Challenge for Cancer billi se tkun qed tipprovdi l-loġistika u t-trasport kollu tat-tagħmir taċ-ċiklisti minn Malta għall-Awstrija. Minbarra dan l-appoġġ loġistiku, Express Trailers qed tappoġġa wkoll lil waħda mill-impjegati tagħha li bħalissa qed titħarreġ biex tieħu sehem f'din l-isfida ta' madwar 1200km.

    Amanda Bellizzi fil-fatt ilha titħarreġ minn Marzu ta' din is-sena għal din l-isfida ta’ ċikliżmu li se tibda fid-19 ta' Lulju. Flimkien mal-bqija tal-grupp, se tkun qed taqdef madwar 170km kuljum għal 7 ijiem sħaħ, minn Vjenna għal Salzburg, mill-Pass ta' Brenner, tul il-Lag ta' Garda sa Milan. Il-grupp mistenni jasal fid-destinazzjoni tiegħu fit-28 ta' Lulju.

    "Din hija t-tieni darba li qed nieħu sehem f'din l-isfida peress li s-sena l-oħra wkoll kont għamiltha u sibt li kienet esperjenza mill-isbaħ li ma tinsieha qatt," qalet Amanda Bellizzi. "Din hija r-raġuni għaliex iddeċidejt li għal darb'oħra nerġa' nidħol għal din l-isfida għaliex insibha ta' ispirazzjoni li nasal nipprattika l-isport li tant inħobb u fl-istess ħin ngħin biex jinġabru fondi għal kawża nobbli."

    L-atleti kollha segwew programm ta' taħriġ iebes minħabba li l-isfida teħtieġ dedikazzjoni u impenn kbir. Il-grupp kollu jiltaqa' kull nhar ta' Ħamis għat-taħriġ tal-grupp imma l-parteċipanti kollha huma mistennija li jkomplu bit-taħriġ tagħhom matul il-ġimgħa kollha.

    "Kburija ħafna li l-kumpanija tiegħi Express Trailers mhux biss ħeġġitni biex nieħu sehem iżda qed tagħmel donazzjoni għal din il-kawża u qed tappoġġja lit-tim kollu permezz tal-loġistika involute. Dan għaliex Express Trailers tgawdi konnessjonijiet kummerċjali u twettaq kunsinni regolari bejn Malta u l-Awstrija," żiedet Amanda.

    Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta' Express Trailers, huwa wkoll kien ċiklist u jaf sew x’inhuma l-isfidi fiċ-ċikliżmu fuq distanzi twal. Huwa faħħar lil Amanda Bellizzi għall-impenn tagħha u l-fatt li qed tiddedika l-ħin tagħha għal din il-kawża nobbli.

    "Iċ-ċikliżmu huwa sport għall-qalbi ħafna imma r-raġuni li l-kumpanija qiegħda ssostni din l-isfida ġejja mill-fatt li l-kumpanija tinsab il-ħin kollu tippromwovi l-importanza li t-toroq tagħna jkunu iżjed siguri għal dawk l-iżjed vulnerabbli fosthom iċ-ċiklisti. Aħna kburin ħafna bl-impjegata tagħna li għażlet li tiddedika l-ħin u l-isforz tagħha għal din il-kawża. L-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li niżguraw li l-appoġġ loġistiku tagħna jikkontribwixxi aktar success lil din l-avventura,” qal Franco Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0