inewsmalta.com



Malta b’żieda fil-prezzijiet tal-propjetà aktar mill-medja Ewropea

  • Lul 11, 2018 20:14
  • Miktub minn iNews

    Malta uriet tnaqqis fil-prezzijiet tal-propjetà fl-ewwel kwart tas-sena meta kien ikkumparat mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel pero f’sena irreġistrat żieda ta’ 5.2% fil-prezzijiet tad-djar meta l-medja Ewropea hija ta’ 4.7%.

    Intant, anke fl-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) wera li l-Indiċi tal-Prezz tal-propjetà f’Malta matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena laħaq 111.11, żieda ta’ 5.2% meta kkumparat mal-istess indiċi tas-sena li għaddiet (105.61).

    Il-prezzijiet tad-djar kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezz tad-Dar, żdied b'4.5% fiż-żona tal-euro u b'4.7% fl-UE fl-ewwel kwart tal-2018 meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta' qabel. Dawn iċ-ċifri ġejjin mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

    Fost l-Istati Membri li għalihom hemm informazzjoni disponibbli, l-ogħla żidiet annwali fil-prezzijiet tad-djar fl-ewwel kwart tal-2018 ġew irreġistrati fil-Latvja (+13.7%), Slovenja (+13.4%), Irlanda (+7.5%) u Portugall (+12.2%), filwaqt li l-prezzijiet waqgħu fl-Isvezja u fl-Italja (it-tnejn ta’ -0.4%) kif ukoll fil-Finlandja (-0.1%).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook