Trump jakkuża lill-Ġermanja li hija priġuniera tar-Russja

  • Lul 12, 2018 07:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump fl-aħħar sigħat akkuża lill-Ġermanja li hija priġuniera tar-Russja hekk kif mexxejja tal-Punent jinsabu fi Brussels għal-lagħa għolja tal-organizzazzjoni militari NATO fejn il-mexxej Amerikan irid li l-membri Ewropej iħallsu aktar għad-difiża tagħhom.

    B’ton ta’ rabbja Trump qal lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg li hu ħażin għall-Ġermanja li tappoġġja pipeline fil-Baħar Baltiku u li tiswa $11-il biljun biex timporta l-gass mir-Russja waqt li qiegħda tkaxkar saqajha biex tikkontribwixxi għall-ispiża tad-difiża tan-NATO li qiegħda hemm biex tipproteġi l-Ewropa mir-Russja. Huwa qallu wkoll li hu ħażin għan-NATO li l-Ġermanja “tinsab totalment ikkontrollata mir-Russja”.

    Huwa anke asserixxa li l-Ġermanja timporta mir-Russja 70% tal-gass li tikkonsma iżda l-aħħar figura uffiċjali hija attwalment 50.7%. Trump qal lill-ġurnalisti fir-residenza tal-ambaxxataur Amerikan għall-Belġju qabel il-laqgħa tan-NATO, li “suppost qegħdin ngħassu kontra r-Russja u l-Ġermanja taqbad u tħallas biljuni u biljuni ta’ dollari kull sena lir-Russja.”

    Huwa akkuża lill-Ġermanja wkoll li qiegħda tonfoq “ftit aktar minn 1% tal-ekonomija fuq id-difiża meta mqabbel mal-4.2% li tonfoq l-Istati Uniti.” Madankollu skont laħħar estimi tan-NATO, il-Ġermanja tonfoq attwalment 1.24% u l-Istati Uniti 3.5% tal-infieq kollu tagħha fuq in-NATO.

    Din il-laqgħa għolja fi Brussell qiegħda ssir f’inqas minn ġimgħa minn meta Trump mistenni li jkollu l-ewwel laqgħa għolja tiegħu mal-mexxej Russu Vladimir Putin f’Helsinki u li dan minnu nnifsu qiegħed iqajjem tħassib fost l-alleati tal-Istati Uniti dwar l-avviċiniment tal-President Amerikan lejn dak tal-Kremlin. 

    Huwa ħasad lil bosta minn ta’ madwaru li l-laqgħa għolja tan-NATO fi Brussels għandha tkun aktar iebsa minn dik ma’ Putin.

    Sadanittant il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk akkuża lil Trump li “qiegħed jikkritika lill-Ewropa kważi kuljum” u fuq Tweet kiteb li l-Istati Uniti għandha tapprezza lill-alleati tagħha, “wara kollox ma tantx għandha”.

    Huwa qal li l-Unjoni Ewropea qiegħda tonfoq aktar mir-Russja għad-difiża, daqs iċ-Ċina. Huwa żied li l-Istati Uniti qatt ma kellha u mhux se jkollha alleat aħjar mill-Unjoni Ewropea u fakkar lil Trump li suldati Ewropej iġġieldu u mietu fl-Afganistan wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru, 2001 fuq l-Istati Uniti. Dwar il-laqgħa għolja ma’ Putin, Tusk qal li jaqbel li wieħed ikun jaf min hu s-sieħeb strateġiku u min hu l-problema strateġika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0