Tfeġġ marda oħra li tista' tiġi trasmessa sesswalment

  • Lul 12, 2018 08:04
  • Miktub minn iNews
"

    Infezzjoni trasmessa sesswalment u li ftit li xejn għadu magħruf dwarha tista’ tkun il-marda li jmiss li se tkun qiegħda tħasseb lin-nies kemm-il darba ma jku­nux aktar viġilanti għaliha.

    L-infezzjoni bl-isem Mycoplasma genitalum (MG) spiss ma turi l-ebda sintomi iżda tikkawża fjammazzjoni fil-pelvis u tħalli lil xi nisa infertili. Skont l-esperti, l-MG tista’ ma tkunx innotata u jekk ma tkunx ikkurata sew, tista’ tiżviluppa reżistenza għall-antibijotiċi.

    Skont esperti tal-British Association of Sexual Health and HIV, li qiegħda toħroġ pariri ġodda, il-Mycloplasma genitalium hija batterju li fl-irġiel jista’ jikkawża fjammazzjoni fl-uret­hra, li minnha nnifisha twassal għall-ħruġ ta’ likwidu mill-parti ġenitali u tikkawża uġigħ kbir biex wieħed jgħaddi l-awrina. Għar-rigward tan-nisa l-MG tista’ tikkawża fjammazzjoni tal-organi riproduttivi (inkluż il-ġuf u l-fallopian tube) u possibbilment ittella’ d-deni u tikkawża emo­rarġija.

    L-infezzjoni MG tittieħed minn sess mhux protett ma’ xi ħadd infettat u l-esperti jsostnu li l-użu tal-kondom jista’ jevitaha. Il-gwaj ta’ din l-infezzjoni hu li mhux dejjem joħorġu sintomi tagħha u mhux dejjem ikun hemm bżonn kura iżda wkoll wieħed ma jindunax biha jew jaħsibha xi marda oħra trasmessa sesswalment bħall-Chlamydia. Skont l-esperti Ingliżi dan hu ta’ tħassib kbir.

    Madankollu dan l-aħħar ġew żviluppati testijiet għall-MG iżda dawn mhumiex disponibbli fil-kliniċi oħra għalkemm tobba fl-Ingilterra jistgħu jibagħtu kampjuni lil-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika biex ikollhom djanjosi tal-marda tal-pazjent.

    L-MG tista’ tkun ikkurata permezz tal-antibiotiċi iżda l-marda ġie nnotat li qiegħda tiżviluppa reżistenza għalihom u għalhekk ma jkunux effettivi. Dr Peter Greenhouse, konsulent sesswologu fi Bristol u membru tal-British Association of Sexual Health and HIV, qiegħed javża lin-nies biex jieħdu l-prekawzjonijiet u jsostni li wasal iż-żmien li l-pubbliku jkun aktar mgħarraf dwar il-Mycoplasma genitalum. 

    L-akbar parir li jagħti madankollu hu li qabel wieħed imur għal xi btala tas-sajf, jara li fil-bagalji tiegħu ikollu pakketti tal-kondoms!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0