It-tfajjel Jaydon iwettaq l-operazzjonijiet b’suċċess fl-Istati Uniti… il-ħolma tiegħu hi li jimxi

  • Lul 12, 2018 08:55
  • Miktub minn iNews

    Jaydon, it-tfajjel ta’ disa’ snin, li fl-aħħar ġimgħat kienu qed jinġabrulu fondi għal żewġ operazzjonijiet fl-Istati Uniti, fl-aħħsr sigħat  għamel dan iż-żewġ interventi. Dawn kienu suċċess u issa beda l-fiżjoterapija. Jaydon twieled bil-kundizzjoni ta’ Celebral Palsy u minħabba fiha ma jistax jimxi.  Jaydon bħalissa jinsab fl-isptar tat-tfal St Louis f’Missouri.

    Ta’ min jgħid li l-ġurnali tagħna kienu tkellmu dwar il-kundizzjoni ta’ dan it-tifel. 

    Marvic Aquilina, li hi ħabiba tal-familja ta’ Jaydon, meta konna tkellimna magħha hi qaltilna li “ma nistax nibda billi ma ngħidlekx li dan it-tifel jisraqlek qalbek ladarba tiltaqa’ miegħu. Ix-xewqa tiegħu hi li jkun jista’ jilgħab ma’ sħabu u l-kuġini għeżież tiegħu. Għalija dieqa kbira li kull għeluq żmienu jgħidli “jiena meta se nimxi?” Għidli x’jibqa’ fik! Hu se jagħlaq 10 snin jaf jitkellem u josserva kollox!”
    Tgħidilna li “ilni naf lil Jaydon mit-twelid. Aħna ħbieb kbar tal-familja.  It-tifel twieled normali daqs kull tarbija oħra iżda waqt il-ħlas ġara xi ħaġa li lil Jaydon iżżommu milli jimxi. It-terapija mat-tifel qatt ma waqfet hekk kif mill-bidu nett rriżulta li għandu is-Cerebral Palsy. B’kollox it-tifel diġà siefer ħames darbiet. L-ewwel darba mar fl-Isptar ta’ Great Ormand Street li minn hemm kellu jsir ‘follow up’ f’Malta iżda dan qatt ma sar. Mar ukoll tliet darbiet f’’Perth Scotland Walk This Way’ li minn hemm ġew gwidati għal tip ta terapija tajba ħafna għal Jaydon. Hu mar ukoll il-Ġermanja fil-klinika ‘Kinder Syndrome’. Ma nistax ngħid li ma rajniex kambjament iżda issa l-aħħar tama li baqgħalna hi li t-tifel  jitla’ għal żewġ operazzjonijiet maġġuri f’Lulju li ġej.
    “Dawn se jsiru f'St Louis Children Hospital f’Missouri fl-Istati Uniti. L-ispiża għal dawn l-operazzjonijiet hija ta' €50,000. Sibna għajnuna minn Puttinu. Nirringrazzja lill-ħbieb kollha tagħna li b’xi mod jew ieħor qed jgħinuna ħafna. Nitlob l-għajnuna tal-pubbliku Malti biex ikun ġeneruż u jgħin lil Jaydon.”
    Bl-għan li jagħmluha akta faċli li jinġabru fondi nfetaħ kont mal-Bank of Valletta imsejjaħ ‘Jaydon Fund’, waqt li anke nfetħet paġna fuq is-sit soċjali Facebook intitolata “Jaydon’s Dream”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0