“Liġi importanti li se tagħti serħan tal-moħħ”

  • Lul 12, 2018 09:31
  • Miktub minn iNews
"

    Jisħaq dan il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Dr Noel Camilleri hekk kif daħlu fis-seħħ emendi fil-liġi biex jgħinu u jipproteġu s-soċjetajiet mużikali

    “Ilna għaddejna bid-diskussjonijiet mill-2015. Din hija liġi verament importanti, li se tagħti serħan tal-moħħ. Nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici għax kien hu l-promotur ta’ din il-liġi li permezz tagħha din il-problema se tkun solvuta mhux għal każin partikolari imma għal 20 każin ieħor li għandhom il-mannara fuq rashom.”

    Stqarr dan il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Dr Noel Camilleri f’kummenti li għadda lil L-ORIZZONT fid-dawl li l-Gvern, permezz ta’ avviż legali, daħħal fis-seħħ b’mod immedjat emendi fil-Kodiċi Ċivili bl-għan ewlieni li tingħata għajnuna u protezzjoni lil soċjetajiet mużikali li jinsabu bil-mannara fuq rashom u b’riskju ta’ żgumbrament mis-sede rispettiva tagħhom.

    Dr Camilleri semma kif waqt seduta Parlamentari kienu ssuġġerew li jkun hemm xi forma ta’ medjazzjoni biex qabel ma tinfetaħ il-kawża biex tiġi stabbilita l-kera ikun hemm diġa’ diskusjonijiet biex wieħed jipprova jevita l-iskariċċ milli joqgħod jitla’ l-Qorti. Huwa nnota b’sodisfazzjon illi dan is-suġġeriment kien milqugħ kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni. 

    Min-naħa tiegħu, l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq li “permezz ta’ dawn l-emendi fil-liġi, qegħdin nipprovaw noħolqu bilanċ bejn id-drittijiet tal-inkwilini, u cioè l-baned, u s-sidien.”

    Għalhekk, każini tal-baned li jkunu ilhom jeżistu għal mill-inqas tliet ġenerazzjonijiet jingħataw protezzjoni f’każ li jispiċċaw mingħajr titolu suġġett għall-kundizzjoni li l-ammont tal-kera in kwistjoni togħla b’mod raġonevoli. “B’hekk jinħoloq bilanċ ekwu bejn il-jeddijiet u l-obbligi kemm tas-sidien kif ukoll tal-imsemmija soċjetajiet mużikali”, qal il-Ministru Owen Bonnici.

    Barra minn hekk, is-sid se jgawdi wkoll mid-dritt li jikkontesta l-kundizzjonijiet tal-kera quddiem il-Bord li jirregola l-Kera, liema bord qiegħed jingħata d-dritt li jirrimedja kull sitwazzjoni ta’ sproporzjonalità manifesta wara li jkun ħa kunsiderazzjoni tal-funzjonijiet soċjali u kulturali tal-każin.

    Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-emendi fil-liġi jikkristalizzaw ir-rikonoxximent mill-gvern Malti tal-kontribuzzjoni tal-każini tal-banda lill-kultura u l-identità soċjali ta’ Malta. Dan kollu jindika li l-gvern huwa dejjem kommess li jieħu deċiżjonijiet biex verament ikunu protetti u salvagwardjati elementi kulturali ewlenin ta’ pajjiżna.

    Fid-dawl ta’ diversi kawżi ġudizzjarji fil-konfront ta’ każini tal-baned, il-Gvern qed jikkonferma l-impenn tiegħu li jimxi spalla ma’ spalla mal-istess baned biex dawn ma jikkrollawx iżda minflok ikomplu jiffjorixxu fis-soċjetà lokali. Dan l-intervent kien ippjanat metikolożimament b’mod li jirrispetta d-drittijet tal-partijiet kollha kkonċernati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0