Ma jingħatax informazzjoni tas-sieħba wara operazzjoni

  • Lul 12, 2018 09:53
  • Miktub minn iNews

    Raġel li akkumpanja lis-sieħba tiegħu fl-Isptar Mater Dei għal operazzjoni ħassu urtat wara li minkejja għadda n-numru tat-telefon tiegħu lill-infermiera biex tagħtih informazzjoni dwar l-andament ta’ operazzjoni li għamlet is-sieħba tiegħu, dan tħalla fid-dlam dwar jekk l-operazzjoni rnexxietx u ma ngħatax informazzjoni dwar liema sala wara ttieħdet fih din il-mara.

    Ir-raġel li wassal lis-sieħba tiegħu l-isptar qalilna li ma kienx sew il-mod kif ġie trattat. Fl-ilment tiegħu qalilna li hu ma ngħatax informazzjoni minħabba li mhuwiex miżżewweġ mal-pazjenta. Minkejja talab lill-infermiera inkarigata żżommu infurmat dwar is-sieħba tiegħu, dan tħalla fir-reception jistenna inkwetat u lanqas ċemplulu biex javżawh f’liema sala s-sieħba tiegħu ttieħdet wara l-operazzjoni.

    Il-mara flimkien mas-sieħeb tagħha marru l-isptar fis-7.00 a.m. u ddaħlet fis-sala fit-8.30 a.m. Wara siegħat sħaħ jistenna għal xejn dan ir-raġel issuspetta li mhux se jingħata informazzjoni mill-infermiera. Kien għalhekk li fit-3.00 p.m. huwa kellem lil tar-reception fejn sar jaf li s-sieħba kienet diġà lesta mill-operazzjoni u ħaduha f’sala oħra partikolari.

    Huwa qalilna kif dan mhux ġust minħabba li minkejja li huma ma kienux miżżewġin, hu kien inkwetat għas-sieħba tiegħu. Fil-fatt wara huwa sar jaf li waqt l-operazzjoni kien hemm xi kumplikazzjonijiet minħabba li l-mara tilfet ħafna demm. 

    “Il-pazjenti jagħżlu lil min ngħaddu l-informazzjoni”

    Inewsmalta tkelmet ma’ Ivan Falzon, is-CEO ta’ Mater Dei, fejn qalilna li bħala sptar il-policy hi ċara fejn huwa l-pazjent stess li jiddeċiedi lil min għandha tingħata informazzjoni dwaru. 

    Is-Sur Falzon qalilna li bħala sptar huma ma jidħlux fuq kwistjonijiet ta’ gender jew fil-ħajja personali tal-pazjenti. Minħabba l-liġi tad-Data Protection huma ma jistgħux jgħaddu informazzjoni lil kull min ikun għalhekk jimxu ma’ dak li l-pazjent jixtieq. 

    Bħala proċedura l-isptar jitolbu lill-pazjenti biex jindikaw min hi l-persuna magħżula minnhom biex jagħmlu kuntatt magħha anke f’każ ta’ emerġenza. Is-CEO qalilna li f’każ li persuna titdaħħal l-isptar barra minn sensiha, huma jitolbu l-għajnuna tal-pulizija biex isibu n-next of kin tal-pazjent u jagħtu l-informazzjoni meħtieġa lil min hu legalment responsabbli. 

    Hu temm jgħid li jkun hemm ħafna każi fejn terzi persuni jitolbu informazzjoni sensittiva dwar pazjenti, iżda din ma tkunx tista’ tingħata għal diversi raġunijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0