Il-Kroati jtemmu t-tama ta' Richardson... kien jemmen li bl-Ingliżi fil-finali kulħadd kien se jħares lejh bħala ''bassar''

  • Lul 12, 2018 10:46
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ingliż Jamie Richardson li għamel t-tattoo tal-Ingliżi bħala rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja, qal li kollox kien jindika li din is-sena kienet is-sena tagħhom u dan għaliex bħalma ġara lura fl-1966;

    Chelsea kklassifikaw fil-ħames post fil-kampjonat tal-Ingilterra

    Burnley kkwalifikaw għall-Ewropa

    Manchester City rebħu l-kampjonat u

    L-Ingilterra rebħu t-Tazza tad-Dinja

    Huwa żied jgħid li la darba l-Ingliżi jaslu sal-finali, kulħadd kien se jibda jdur miegħu u jistaqsih biex ibassar affarijiet importanti bħalma huma n-numri tal-lotterija. Huwa qal li sa mil-logħba kontra l-Panama, għajnejh bdew jixgħelu ma’ kull gowl u ħass xi ħaġa fih tgħidlu li din is-sena t-Tazza tad-Dinja kienet se tidħkilhom u kienet se tmur għandhom.

    Is-sieħba tiegħu ma naqsitx milli tgħoddu bħala "miġnun", iżda ammetta li hekk kif rata lesta qaltlu li ma kinitx daqshekk gravi. Intant hekk kif kollox deher miexi favur il-ħolma ta'Richardson, bl-Ingliżi jiftħu l-iskor mal-ewwel ftit minuti tal-partita, kellhom ikunu Perisic u Mandzukic li jbiddlu r-riżultat u li jtemmu kull tama li Richardson kellu li jsir "il-bassar ta' avvenimenti importanti".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0