''Jien kelli mmut u mhux hu''... Fil-Qorti ż-żagħżugħ li tajjar tmien barranin

  • Lul 12, 2018 14:12
  • Miktub minn iNews

    Michael Caruana Turner ta’ 20 sena kien mixli b’sewqan traskurat, li kkawża l-mewt ta’ żagħżugħ Olandiż Tim Scholten, u li weġġa’ seba’ persuni.

    Fl-iżbarra beda jibki minn ħin għall-ieħor u saħansitra ommu fl-awla dehret turi l-istess sentiment.

    L-akkużat wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud bl-avukat tiegħu jgħid li dan kien inċident traġiku u sfortunat u rrikonoxxa li l-klijent tiegħu għamel żball fatali li se jibqa’ jġorru miegħu ħajtu kollha. Huwa qara biċċa mill-istqarrija tiegħu tal-pulizija fejn sostna li jobgħod lilu nnifsu għax kien hemm persuna li mietet minħabba fih.

    Il-Maġistrat Mifsud ikkummenta li żagħżagħ ta’ dik l-età m’għandhomx ikunu barra fl-4 a.m u żied jgħid li nies għaddejjin mit-toroq ma jistgħux jiġu maqtulin b’dan il-mod u li hawn bżonn ta’ aktar dixxiplina fil-pajjiż.

    Huwa laqagħlu t-talba ta’ ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 u ordnalu ma joħroġx mid-dar ħlief għal raġunijiet mediċi u edukattivi waqt li ordnalu wkoll biex ma jsuqx

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0