Jixhdu dwar il-karozzi lussużi tal-aħwa Degiorgio

  • Lul 12, 2018 17:57
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif ilbieraħ kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Adelina Pop (is-sieħba ta’ George), li jinsabu mixlija b’ħasil ta’ flus, xehdu għadd ta’ persuni li mingħandhom l-akkużati kienu xtraw bosta karozzi lussużi.

    L-aħwa Degiorgio huma tnejn mit-tliet irġiel li qed jaffaċċjaw proċeduri kriminali b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

    Fis-seduta tal-bieraħ, xehed Mark Bugeja minn Ħal Qormi, li qal li ilu jimporta l-karozzi għal dawn l-aħħar 25 sena. Huwa qal li fl-2013 importa vettura Mitsubishi mir-Renju Unit u biegħha lil George Degiorgio. 

    Qal li ma jiftakarx l-ammont kemm inbiegħet u ma jiftakarx lanqas kif kien tħallas jekk hux kontanti jew b’ċekk. Pero’ qal li kien tħallas. Huwa qal li kien hemm depożitu u l-bilanċ tħallas maż-żmien.

    Warajh xehed il-Libjan Zano Osama Embahja Albiri, li jgħix Tal-Pietà. Qal li kien xtara vettura Audi Q3 minn San Ġiljan għal €20,000 u kien biegħha lil dealer f’Ħal Qormi għax kellu xi dejn fuq karozza oħra. 

    Imbagħad kien imiss li jixhed id-dealer, Sean Vella mis-Swieqi, li qal li l-Audi Q3 kienet ilha għandu mill-2016. Qal li minn dak iż-żmien qaleb għall-karozzi tal-kiri u m’għadux aktar ibiegħ il-karozzi. Huwa qal li kien biegħ l-Audi Q3 għal madwar €30,000 iżda qal li ma kienx qed jagħraf lill-akkużati.

    Bernard Attard minn Ħaż-Żebbuġ, li huwa rappreżentant mill-kumpanija Auto Market, ikkonferma li kien irreġistra karozza tat-tip BMW ħamra fuq George Degiorgio. Qal li kien iltaqa’ miegħu u qallu li jixtieq jirreġistraha. 

    James Zammit minn Ħ’Attard, li huwa rappreżentat ta’ J. Zammit Ltd, ġie mistoqsi fuq erba’ vetturi differenti. Karozza tat-tip Audi Q7 li kienet qed tinbiegħ lil Adelina Pop reġgħet intalbet lura wara li ċertu dokumenti li staqsewha għalihom ma waslux.

    L-aħħar xhud kien Omar Caruana, li kien mistoqsi dwar karozza Corvette Q7. Huwa qal li din riedha ċertu Adrian Agius. Żied jgħid li din ħadha Agius u tah €25,000 tal-karozza tiegħu li hi AUDI.

    L-Avukat David Gatt ressaq rikors f’isem Adelina Pop biex din tingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, bil-Maġistrat Joseph Mifsud jgħid li se jkompli jisma’ x-xhieda li fadal jitressqu mill-Prosekuzzjoni qabel ma jagħti d-digriet tiegħu dwar ir-rikors. 

    Il-każ ikompli llum. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Antonovitch Muscat.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0