Żewġ fkieren meħlusa fil-baħar

  • Lul 12, 2018 18:34
  • Miktub minn iNews
"

    Fekruna bl-isem ta' Popeye u oħra li ngħatat l-isem ta' Catherine ġew meħlusa fil-baħar wara li ġew trattati għall-ġrieħi li kienu sofrew.

    It-tnejn li huma nħelsu fil-bajja tal-Ġnejna wara li ngħataw il-kura fil-Forti San Luċjan. Din il-bajja hija l-istess waħda fejn ftit tal-jiem ilu biedet fekruna oħra.

    Popeye, li għandu ħames snin, ingħata dan l-isem wara li ġie salvat viċin Popeye Village fit-18 ta' Marzu li għadda.

    Huwa nstab maqbud f'xibka u minn testijiet li saru fuq rriżulta li kellu infezzjoni fil-pulmun minħabba li bela l-plastik.

    Min-naħa tagħha, Catherine ġiet salvata 'l barra mill-Armier fil-21 ta' Novembru li għadda wara li wkoll inqabdet f'xibka u fil-plastik.

    Hija kellha wkoll daqqa li tindika li kienet intlaqtet minn dgħajsa waqt li kellha wkoll infezzjoni fil-pulmun u kienet qed tbati minn nuqqas ta' ikel.

    Waqt li Popeye dam erba' xhur jingħata l-kura, Catherine ħadet tmien xhur anke għall-fatt li bid-daqqa tad-dgħajsa spiċċat deformata.

    Nature Trust, li ħadet ħsieb iż-żewġ fkieren, appellat lill-pubbliku biex ma jitfax skart fil-baħar.

    “Il-fkieren tat-tip Loggerhead bħalma huma Popeye u Catherine ilhom fid-dinja 200 miljun sena imma huma fil-periklu minħabba t-tniġġiż, it-tibdil fil-klima u t-telf ta' bajjiet bir-ramel”, wissiet fl-appell tagħha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0