Dissident Ċiniż jingħata sentenza ta’ 13-il sena ħabs

  • Lul 12, 2018 18:50
  • Miktub minn iNews
"

    Wieħed mill-akbar ġellieda għad-demokrazija fiċ-Ċina ġie kkundannat għal 13-il sena ħabs għal “sovverżjoni tal-poteri tal-istat.” Qin Yongmin, ta’ 64 sena, diġà qatta’ total ta’ 22 sena fiċ-ċella.

    Skont l-avukat li jispeċjalizza fil-liġijiet tad-drittijiet tal-bniedem Lin Qilei, Qin kien irrifjuta li jikkopera mal-qorti u baqa’ fommu sieket tul il-ġuri tiegħu. Il-verdett ta’ ħtija kien ikkonfermat mill-Qorti Intermedjarja tal-Poplu tal-belt ta’ Wuhan, fiċ-Ċina Ċentrali. Frances Eve, riċerkatriċi mal-għaqda non-governattiva Chinese Human Rights Defenders, qalet li Qin ġie proċessat għat-twemmin tiegħu f’Ċina demokratika kif ukoll għall-ħidma tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem. 

    Hija qalet ukoll li l-awtoritajiet ma rnexxielhomx jibnu każ kontrih minkejja li damu tliet snin jinvestigawh.

    Qin huwa ko-fundatur tal-Partit Demokratiku taċ-Ċina u fl-1998 kien ingħata sentenza ta’ 12-il sena ħabs wara li pprova jirreġistra l-partit uffiċjalment. Sena wara, meta kien għadu l-ħabs, kien innominat għall-Premju Nobel tal-Paċi.

    Dan il-politiku Ċiniż kien imexxi grupp favur id-demokrazija bl-isem ta’ China Human Rights Watch meta ġie arrestat f’Jannar 2015.

     L-attivitajiet ta’ dan il-grupp kienu jinkludu l-organizzar ta’ gruppi ta’ diskussjoni u l-kritika lill-politika tal-gvern permezz tal-Internet. 

    Il-verdett kontrih ħareġ jum wara li l-armla ta’ dissident rebbieħ tal-Premju Nobel tal-Paċi ħalliet Beijing għall-Ġermanja. Liu Xia, ta’ 57 sena, kienet ilha effettivament arrestata f’darha fil-kapitali Ċiniża minn mindu żewġha, Li u Xiaobo, kien rebaħ il-Premju Nobel fl-2010. 

    L-awtoritajiet Ċiniżi qatt ma ħarġu akkużi kontriha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0