Għalliema barranin se jħarrġu lill-Maltin kif isuqu r-roti

  • Lul 12, 2018 19:26
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija Nextbike Malta, bl-appoġġ ta’ The Stars Group, ħabbret inizjattiva ġdida “Bikeability” bil-għan li tippromwovi l-użu tar-roti bħala mezz alternattiv ta’ trasport. 

    Grupp ta’ għalliema barranin se jkunu qed iħarrġu mal-500 persuna dwar kif għandhom isuqu r-roti fit-toroq Maltin, liema taħriġ mistenni jibda f’Awwissu li ġej. 

    L-ewwel fażi tat-tagħlim tikkonsisti billi l-individwu jitgħallem kif għandu jiċċekkja r-rota sew qabel jirkibha. Imbagħad, bil-għajnuna tal-għalliema barranin, jibda jitgħallem isuq ir-rota f’toroq li mhumiex daqstant traffikużi.

    Fl-aħħar nett, jibda jsir sewqan tar-roti f’toroq li huma aktar traffikużi u “perikolużi” bil-għan li dak li jkun jitgħallem iħossu aktar kunfidenti. 

    Alan Camilleri minn Nextbike Malta qal li: “Nextbike hi alternattiva għat-trasport pubbliku. Żewġ sfidi li jaraw il-klijenti tagħna huma: li jemmnu li m’hawnx infrastruttura tajba biżżejjed li iżda pero’ qed isir sforz f’dan ir-rigward u li ma għandhomx taħriġ neċessarju biex isuqu r-roti.” 

    Min-naħa tiegħu, l-Ministru għat-Trasport Infrastruttura u Proġetti Kapitali Dr Ian Borg semma kif it-toroq għandhom sfidi kumplessi fid-dawl li kemm il-popolazzjoni kif ukoll l-ekonomija qed ikomplu jikbru. Għaldaqstant saħaq fuq l-importanza li “naħsbu għall-isfidi ta’ għada”. 

    Dr Borg saħaq li hemm diversi mezzi alternattivi tat-trasport li mhux neċessarjament jinkludu l-vettura personali, bħalma huma r-roti. 

    “Għandna bżonn aktar nies li jagħmlu użu mir-rota. L-inizjattiva “Bikeability” se tipprovdi taħriġ b’mod professjonali lil madwar 500 ruħ,” tenna l-Ministru Borg. 

    Dawk kollha interessati li jsegwu dan il-kors jistgħu jagħmlu dan billi jirreġistraw fuq is-sit nextbike.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0