UEL: Rebħa kbira minn Balzan fuq Kesla

  • Lul 12, 2018 21:27
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Balzan ..............4

    Kesla ................1

    Balzan kellhom wirja ferm konvinċenti u meritatament ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1 fuq it-team mill-Azerbaijan, Kesla, biex b’hekk għamlu pass importanti għall-kwalifikazzjoni għat-tieni round preliminari tal-UEFA Europa Lea­gue. Huma  jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar il-Ħamis li ġej, għat-tieni leg, barra minn xtutna.

    Ir-rebħa ta’ Balzan waslet grazzi għal sforz kollettiv iżda Eduardo Carlos De Fiori Mendes, Alfred Effiong u Bojan Kaljevic spikkaw fost sħabhom.

    Huma mpustaw il-logħob tagħhom bl-aħjar mod fejn dehru ferm organizzati minn kull lat matul id-90 minuta, u ftit li xejn taw ċans lill-avversarji tagħhom jesprimu l-logħob tagħhom.

    Fit-12-il minuta, fl-ewwel azzjoni denja, Balzan fetħu l-iskor meta De Fiori Mendes għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic li min-naħa tiegħu ħalla l-ballun  għall-attakkant Niġerjan naturalizzat Malti, ALFRED EFFIONG, li miċ-ċentru tal-kaxxa l-kbira tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Huma komplew juru l-aħ­jar logħob u fil-21 minuta rduppjaw l-iskor meta Milos Lepovic serva lil De Fiori Mendes  li bit-takkuna għad­da tajjeb lejn ALEX DA PAIXAO ALVES, li mill-vicin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Kesla, Kamran Agayev.

    Iżda t-team mill-Azerbaijan wettaq reazzjoni mmedjata u fit-28 minuta rebaħ penalty meta tentattiv minn cross fil-kaxxa ta’ Slavik Alkhasov ħabat ma’ id  l-awtur tat-tieni goal ta’ Balzan, Alex Da Paixao Alves, li f’dak il-mument kien qed jgħin lil sħabu fid-difiiża. 

    Mill-11-il metru nkariga CESAR MEZA COLLI, li ma żbaljax li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Madankollu, fl-34 minuta, Balzan reġgħu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals meta De Fiori Mendes indirizza corner preċiż lejn BOJAN KALJEVIC li mill-viċin u b’intu­wizzjoni naturali għall-goal tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom u fil-55 minuta ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa mill-isbaħ ta’ EDUARDO CARLOS DE FIORI MENDES, li ma ta l-ebda ċans lil Kamran Agayev li jsalva.

    Fis-66 minuta,  il-Balzanin setgħu faċilment skorjaw il-ħames goal meta Kaljevic  għadda tajjeb lejn Uros Lju­bomirac iżda kellu x-xutt mill-viċin jintemm ftit barra. Sat-tmiem huma baqgħu jam­ministraw il-logħba.

    BALZAN: 83-Steve Sultana, 8-Nenad Slivic (42-Ricardo Calixto Correa Duarte 85), 9-Alex da Paixao Alves, 11-Steve Bezzina, 15-Michael Johnson, 17-Alfred Effiong (18-Uros Ljubomirac 62), 20-Ivan Bozovic, 23-Elkin Orlando Serrano Valero, 30-Eduardo Carlos De Fiori Mendes, 86-Bojan Kaljevic (50-Andrija Majdevac 78), 99-Milos Lepovic - Coach: Marko Micovic

    KESLA: 1-Kamran Agayev, 2-Sertan Tashgin (21-Herve Christian Tchami Ngangoue 84), 3-Denis Silva, 4-Slavik Alkhasov, 7-Vagif Javadov (88-Mammad Guliyev 63), 10-Cesar Meza Colli, 14-Andre Clennon, 19-Aze2r Salahli, 24-Fuad Bayramov (8-Milos Bosancic 60), 33-Tarlan Guliyev, 90-Ebrima Sohna - Coach: Yuriy Maksymov

    REFEREE: Volen Chinkov (BUL)

    ASS. REFEREES:Georgi Doynov, Deniz Sokolov (BUL)

    RABA’ UFF: Dragomir Draganov (BUL)

    SKORERS:  A. Effiong 12, A. Da Paixao Alves 21, B. Kaljevic 34 , E. C. De Fiori Mendes 55 (B), C. Meza Colli pen. 29 (K)

    AMMONITI:F.Bayramov, E. Sohna (K), M. Lepovic, E. C. De Fiori Mendes (B)

    ATTENDENZA:504

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0