ARA: ''Ma nistax nemmen li dan kellu jkun l-aħħar ritratt''... bosta jfakkru lil Chetcuti għall-ġenerożità tiegħu

  • Lul 13, 2018 06:36
  • Miktub minn iNews

    ‘’Ngħin li jekk hemm bżonn xi ħaġa dawn it-tfal qiegħed hawn biex ngħinhom u għandi kurżità kbira biex nidħol hemm ġew u nara eżattament x’inhu jiġri’’. Dan kien kliem l-intraprenditur HUgo Chetcuti li ftit tal-ġimgħat ilu żar id-dar tal-Ursolini u offra li jgħin bl-aħjar mod possibbli.

    Is-sorijiet ta’ dan il-post iddeskrivewh bħala persuna mimli enerġija u li mnalla jkunu nies bħalu għat-tfal tagħhom.

    Hugo kien lest li jagħmel dak kollu li kellhom bżonn inkluż li jirranġalhom il-pool, jgħin billi jintroduċi sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kmamar tat-tfal u ‘’dak li hemm bżonn’’.

    Bosta kienu dawk li xerrdu dan il-filmat biex ifakkru dwar il-ġenerożità ta’ Hugo Chetcuti li sfortunatament miet ilbieraħ wara jiem fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

    Fost id-diversi kummenti li fakkru l-memorja tal-intraprenditur kien hemm dawk li fakkru dwar il-qalb tajba tiegħu qalu li hija ħasra li kellu jħalli din id-dinja fl-età ta’ 52 sena. Oħrajn fakkru dwar il-kariżma tiegħu u li minkejja ħsibijiet kontinwi relatati mat-tmexxija ta’ numru ta’ stabbilimenti, Chetcuti dejjem kien isib ċans biex jitkellem man-nies u jdaħħakhom b’xi ċajta minn tiegħu.

    Ħabib kbir ta’ Chetcuti u bniedem rinomat filwaqt li stqarr li għandu bżonn ta’ ftit ħin biex ikun jista’ jkompli jiltaqa’ man-nies li jiltaqa’ magħhom ta’ kuljum fix-xogħol tiegħu, xerred ritratt ta’ Chetcuti fis-sodda tal-isptar akkumpanjat bil-kliem “Dan kien l-aħħar ritratt li bagħatli… xħin inqum filgħodu nistenna mingħandek iċ-ċajta tal-ġurnata”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0