L-Attakk Fuq Hugo Chetcuti ''Eżekuzzjoni B’ Stil Mafjuż''... Sorsi qrib il-Pulizija jsostnu li l-qtil “jista jissinjifika aġitazzjoni kbira fid-dinja kriminali”

  • Lul 13, 2018 08:00
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    “Dan l-attakk ma kienx wieħed normali, iżda kien attakk b’diversi anomaliji. Meta persuna tkun trid toqtol jew tikkommetti xi ħsara fuq persuna oħra, instintivament tipprova tagħmel dan bil-moħbi, jew b’mod sottili li tista tiddevja l-attenzjoni minn fuqha. F’dan il-każ, ma seħħx hekk.”

    Tennew dan ma' inewsmalta sorsi viċin il-Korp tal-Pulizija, b’reazzjoni għall-attakk li seħħ fuq Hugo Chetcuti. Kien matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddiet li Chetcuti safa midrub f’attakk ta’ sikkina minn Bojan Cmelik, raġel ta’ 35 sena li allegatament kien eks-impjegati tal-istess Chetcuti.

    “Id-deċiżjoni ta’ persuna li jattakka lil xi ħadd ieħor b’mod apert u pubbliku huwa sinonimu ma’ attakk ta’ stil mafjuż, speċifikament mentalita tal-Mafja tal-Balkani. Li wasalna f’dan l-istat mhux xi ħaġa feliċi għal ħadd, u sfortunatament dan jista jwassal għal affarijiet agħar.”

    Meta mistoqsi għal kjarifika, dan is-sors tenna kif dan l-attakk jista jwassal għal ġlieda b’saħħitha fid-dinja tal-kriminalita f’pajjiżna. “B’dan l-attakk jista’ jista jkun li għadna kif rajna attentat b’saħħtu biex ikun hemm taqlib sħiħ.” 

    “Jekk il-kriminalità annessa mal-Mafja tal-Balkani iżżid fis-saħħa tagħha, tista tistenna żieda f’numru ta’ setturi kriminali f’Malta. Mingħajr dubju, il-prostituzzjoni f’Malta sejra tieħu spinta kbira, u stenna wkoll l-importazzjoni ta’ droga iktar raffinata mill-Amerika tas-Sud, indikattiva  mis-sud Amerika.” 

    “Jinħtieġ li l-pulizija Maltija tkun ippreparata għal dak li qed jinħema minn dawk midħla fil-kriminalità organizzata. Qegħdin ngħixu f’dinja globalizzata, fejn il-kriminalità hija waħda kumplessa, waħda internazzjonali, imma iktar minn hekk, waħda li hija involuta f’numru ta’ oqsma differenti. Tant li l-kriminalità, fl-isforz tagħha biex taħbi il-provenjenza tal-flus maħmuġin, tipprova taħsilhom billi tinvesti u twaqqaf negozji diversi, u dawk l-aktar fejn hemm transazzjonijiet ta’ flus kontanti bħal ħwienet tax-xorb, ikel u divertiment li tagħhom Paceville huwa Mekka.”  Hugo Chetcuti huwa magħruf għal ħafna interessi li huwa għandu f’Paceville, u għaldaqstant huwa importanti li wieħed jistaqsi fejn ser tmur it-tmexxija ta’ tant oqsma vulnerabbli għal kriminalità.” 

    Il-bżonn attwali li l-Pulizija tkun aktar orjentata fuq ġbir ta’ informazzjoni u b’hekk tkun tista’ taqdi aktar id-doveri tagħha ta’ prevenzjoni, aktar ma jgħaddi iż-żmien aktar qed jinħass u delitti bħal dan aktar għandhom jitfgħu dawl fuq din l-istrateġija ta’ pulizija moderna.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0