''Inaċċettabbli li Malta tkun diskriminata fuq il-kaċċa''

  • Lul 21, 2018 18:32
  • Miktub minn iNews
"

     

    Il-Grupp Politiku GUE fil-Parlament Ewropew ried iqajjem diskussjoni dwar il-kaċċa f’pajjiż wieħed biss – Malta – b’allegazzjonijiet dubjużi. It-talba ta’ dan il-grupp politiku telgħet quddiem il-Kumitat tal-Ambjent fejn fost l-oħrajn allegaw li f’April ta’ din is-sena f’Malta nqatlu eluf ta’ gamiem mill-kaċċaturi Maltin. Allegaw ukoll li f’dan l-istaġun tal-kaċċa l-pubbliku irraporta l-qtil ta’ eluf ta’ gamiem u 18-il speċi oħra protetta. 

    Ibbażat fuq dan, l-MEPs ta’ dan il-grupp politiku riedu li l-Kummissjoni Ewropeja u l-Parlament Ewropew jinvestigaw lill-Malta u jerġgħu jiftħu d-diskussjoni dwar id-deroga li Malta qed tapplika bħalissa.

    Din it-talba ġiet diskussa mill-kordinaturi tal-kumitat tal-ambjent fil-Parlament Ewropew, li jinkludi lill-MEP Miriam Dalli f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi. Miriam Dalli sostniet li jekk il-Parlament Ewropew irid jiddiskuti l-kaċċa ta’ speċi protetti, għandu jiddiskuti l-kaċċa kullimkien u mhux f’pajjiż wieħed biss. 

    Semmiet kif hemm pajjiżi oħra bħal Spanja, Finlandja, Franza u l-Awstrija bħala eżempju fejn f’uħud mill-pajjiżi ma ġie introdott l-ebda moratorium, oħrajn għandhom derogi huma wkoll u f’oħrajn issir kaċċa fir-rebbiegħa għal speċi li huma vulnerabbli u anke’ kaċċa fis-sajf għal speċi oħra fil-perjodu ta’ riproduzzjoni tagħhom.  Sostniet li l-liġijiet u r-regoli għandhom japplikaw għal kulħadd kullimkien u d-diskussjoni għandha ssir fuq l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u mhux fuq pajjiż wieħed biss.

    Fl-istess ħin saħqet li kwalunkwe diskussjoni għandha ssir abbażi tal-fatti u mhux esaġerazzjonijiet. 

    Kien hawnhekk li kordinaturi oħra fl-istess kumitat qablu ma’ Dalli u sostnew li jekk il-Parlament Ewropew għandu jitkellem dwar il-kaċċa fuq speċi protetti dan għandu jsir fil-kuntest tal-pajjiżi kollha u mhux jiġi individwalizzat u attakkat pajjiż wieħed biss. Aktar minn hekk pajjiżi differenti jikkaċjaw fuq speċi differenti. Kien għalhekk li ttieħdet deċiżjoni finali mill-kordinaturi kollha flimkien li minflok isir dibattitu iffukat fuq Malta, issir diskussjoni tal-Kummissjoni Ewropeja dwar il-kaċċa ta’ speċi protetti fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. 

    Wara din il-laqgħa, l-MEP Miriam Dalli qalet li saru diversi attentati biex tipprova tingħata l-impressjoni li qisha Malta qed tkun ir-raġuni għal tnaqqis fl-għasafar migratorji li jaqsmu bejn l-Afrika u l-Ewropa. Saru diversi attentati wkoll biex tingħata l-impressjoni li f’Malta ma jeżistix infurzar u qisu hemm xi carte blanche għall-illegalitajiet. 

    “Min qed jagħmel dan la qed ikun ġust mal-kawża li suppost jemmen fiha, u lanqas ma’ pajjiżna,” żiedet tgħid Dalli. 

    Sostniet, li kwaunkwe diskussjoni għandha ssir ibbażata fuq il-fatti, tieħu inkonsiderazzjoni l-pajjiżi kollha u billi tittieħed kunsiderazzjoni tad-diversi fatturi li qed ikollhom impatt dirett fuq il-popolazzjoni tal-għasafar b’mod ġenerali, fost l-oħrajn l-pestiċida u bexx ieħor li qed ikollu effett dirett kif anke’ kkonfermat riċentement minn studju li sar fi Franza. 

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0